Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/107156
Title: David : bniedem ta’ diversi kuntrasti
Other Titles: L-Konverżjoni : Nilqgħu l-istedina (Aġġornament tal-Kleru: 23-26 Ġunju 2016, Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, Rabat)
Authors: Attard, Stefan M.
Keywords: Bible. Psalms
Bible. Samuel
David, King of Israel
Bible. Old Testament
Moses (Biblical leader)
Issue Date: 2017
Citation: Attard, S. (2017). David : Bniedem ta’ diversi kuntrasti. In E. Agius, J. A. Berry (Eds.), L-Konverżjoni : Nilqgħu l-istedina (Aġġornament tal-Kleru: 23-26 Ġunju 2016, Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, Rabat). (pp. 53-65). Malta
Abstract: Tajjeb li nibdew b’riflessjoni qasira biex ikun hemm kontinwità mal-figura ta’ Mosè li kienet ippreżenta lbieraħ minn Fr Paul Sciberras. David u Mosè Fin-narrativa li testendi mill-Pentatewku sal-Kotba Storiċi, is-sultan David jagħmel l-aħħar preparamenti biex l-avventura li kienet bdiet ma’ Mosè tasal sat-tmiem tagħha. Waqt li Mosè kien imsejjaħ biex joħroġ lill-poplu mill-Eġittu u jwasslu għall adorazzjoni ta’ Alla fuq l-għolja mqaddsa tiegħu, David witta t-triq għal ibnu Salamun biex itemm dan il-proġett billi jibni t-Tempju li fih Alla kellu jirċievi l-qima u l-adorazzjoni tal-Iżraelin. Bħal Mosè, li kien magħżul bħala mexxej tal-poplu iżda kien Ġożwè li daħħlu fl-art imwiegħda, David ukoll kien kap tal-poplu iżda x-xogħol aħħari tal-bini tat-Tempju ġie fdat f ’idejn ibnu. David huwa mxebbaħ ma’ Mosè ukoll fejn tidħol il-forma tal-Ktieb tas-Salmi. Skond it-tradizzjoni Rabbinika li nsibu fil-Midrash tas-Salmi, bħalma Mosè tagħna l-ħames kotba tal-Liġi, hekk David tagħna l-ħames kotba tas-Salterju (li jirreferu għall-ħames sezzjonijiet prinċipali ta’ din il-kollezzjoni). Għalhekk is-Salmi jsiru l-verżjoni lajka tal-Liġi, li min-naħa tagħha tinteressa l-aktar lill-qassisin u dawk involuti fil-kult. Dan kollu jurina li l-importanza tal-persuna ta’ David tista’ tiġi apprezzata biss fid-dawl ta’ figura, anzi figuri, li ġew qablu. L-istorja ma tibdiex miegħi u l-anqas tispiċċa miegħi. Importanti kemm hu mportanti, huwa biss ħolqa f ’katina. Iżda waqt li Mosè kien bniedem rett, David daħal f ’diversi bawxati. Mosè ġie akkużat intortament li kien iżżewweġ mara barranija (Num 12), iżda David ġera wara l-mara ta’ ħaddieħor (2 Sam 11). Tgħid David kien kemmxejn spint iżżejjed? Forsi mhux koinċidenza li bl-Ebrajk, l-isem David (dwID’) u l-kelma dôd (dAD) li tfissser maħbub, it-tnejn jinkitbu bl-istess konsonanti (dalet – waw – dalet). Forsi jappellalna aktar David bl-umanità u bl-iżbalji kollha tiegħu milli Mosè li spiss donnu jidher kemmxejn aktar serju u sever. Iżda l-qdusija ta’ Alla li tispikka fil-Liġi mogħtija lil Mosè trid tittieħed bis-serjetà. Tant hu hekk li l-isem Dewteronomju ġejja minn silta f ’kapitlu sbatax ta’ dan il-ktieb li turi li s-sultan futur għad irid ikun sottomess għall-Kelma tal-Mulej: “Meta joqgħod fuq it-tron ta’ saltnatu, jikteb mill-ġdid din il-liġi fi ktieb minn fuq dik li hemm għand il-qassisin Leviti. U jżommha dejjem għandu u jaqraha l-jiem kollha ta’ ħajtu, biex jitgħallem jibża’ mill-Mulej, Alla tiegħu, u jħares il-kliem kollu ta’ din il-liġi u dawn l-istatuti, biex iħarishom… .” (Dewt 17:18-19)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/107156
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheSC

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
David_bniedem_ta_diversi_kuntrasti_2017.pdf
  Restricted Access
118.34 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.