Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109532
Title: ls-serqa mill-Knisja tal-Kunvent ta' Santa Tereza f'Bormla
Authors: Attard, Eddie
Keywords: Burglary -- Malta -- Cospicua -- History
St. Teresa of Avila's Convent (Cospicua, Malta) -- History
Church of St. Teresa of Avila (Cospicua, Malta) -- History
Burglary investigation -- Malta -- History
Trials (Burglary) -- Malta -- History
Cospicua (Malta) -- History
Prison homicide -- Malta -- History
Issue Date: 2013
Publisher: Malta Police Force
Citation: Attard, E. (2013). ls-serqa mill-Knisja tal-Kunvent ta' Santa Tereza f'Bormla. Il-Pulizija, 20(1), 48-49.
Abstract: Kien il-Ħamis, 19 ta' Ottubru tas-sena 1837, fis-6:00 ta' filgħodu, meta r-Reverendu Patri Teodosju, wara talba minn xi fidili Ii kienu f'din il-knisja biex jitqarbnu, mar quddiem it-tabernaklu Ii fih jinżamm is-Santissimu Sagrament, u minnufih intebaħ Ii l-bieba kienet sgassata. Hekk kif Patri Teodosju fetan il-bieba, sab Ii l-pissidi ma kienx hemm. Il-fatt Ii kien hemm l-isgass kien jindika Ii l-pissidi kien insteraq. L-għada ta' din is-serqa, raġel mar għand l-arġentier Grezzju Zammit, fil-Belt Valletta u filwaqt Ii ħareg salib tal-fidda, staqsa kemm kien jiswa'. lmma l-arġentier induna Ii dak is-salib kien tqaċċat minn x'imkien u, konxju mis-serqa tal-pissidi ta' Bormla, qal lir-raġel Ii jkun aħjar Ii jmorru għand il-konslu tad-deheb u l-fidda. Iżda ir-raġel 'tas-salib' issuspetta Ii kienet se tissejjaħ il-pulizija, kif filfatt sar, u ħarab. Mid-deskrizzjoni Ii ta l-argentier lill-pulizija, ma damx ma sar magħruf Ii r-raġel kien ċertu Pawlu Galea, mill-Mosta u joqgħod Bormla, li ftit tal-ħin wara nstab fil-knisja ta' Santa Skolastika fil-Birgu. Għalkemm baqa' jiċħad li kien hu li seraq il-pissidi, tfittxija fid-dar tiegħu sabet evidenza li hu kien tassew wettaq ir-reat. Filwaqt li l-pissidi nstab bl-ostji intatti, moħbi taħt il-ħnejja tal-pont, Galea tressaq il-qorti u weħel għomru l-ħabs. lmma l-istorja ta' Galea ma tieqafx hawn għax fil-lejl ta' bejn l-1 u t-2 ta' Diċembru ta ' sentejn wara kien inqatel mill-priġunier Wenzu Arnaud fil-ħabs. Mistoqsi x'kien wasslu għal dan id-delitt, Arnaud stqarr Ii waqt Ii kien rieqed beda jisma' vuċi tgnidlu: 'Oqtlu'.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109532
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCSSSP



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.