Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109690
Title: De Soldanis u l-Kapuċċini
Authors: Fiorini, Stanley
Keywords: Agius De Soldanis, Gio Pietro Francesco, 1712-1770
Capuchins -- Malta -- History
Capuchins -- Malta -- Gozo -- History
Mifsud, Ignazio Saverio, 1722-1773
Capuchins' Friary (Victoria, Malta)
Issue Date: 2019
Publisher: Akkademja tal-Malti
Citation: Fiorini, S. (2019). De Soldanis u l-Kapuċċini. Il-Malti : Rivista tal-Akkademja tal-Malti, 92(1), 2-6
Abstract: Dan il-ktieb hu minsuġ madwar il-wasla ta’ kurċifiss f’Malta mill-Italja u l-ġrajjiet li għadda minnhom sakemm fl-aħħar sab il-mistrieħ tiegħu filkunvent tal-Kapuċċini f’Għawdex. Din il-mixja għaddietu minn diversi jdejn, f’itinerarju varjat f’diversi lokalitajiet: il-Kavallier Miceli kkommissjonah mingħand skultur f’Messina lejn l-1683, minn fejn, wara avventura fuq il-baħar, wasal Sirakuża, imbagħad Malta fid-dar tal-istess Miceli, fil-Belt. Kemm dam hemm seħħ it-terremot il-kbir tal-1693, meta għad-devozzjoni tal-fidili, f’din l-okkażjoni, tqiegħed fil-knisja tal-Vitorja, il-Belt, fuq talba tal-Kappillan, il-Kommendatur tal-Ordni Fra Ġużeppi Sciberras. Minn hawn jidher li għadda għand il-patrijiet Franġiskani Konventwali tal-Belt, fuq talba tal-gwardjan, u minn hemm għall-kunvent u knisja tal-istess patrijiet Konventwali f’Għawdex, fuq talba tal-Gwardjan Patri Ġwann Camenzuli. Billi ma nstabitx niċċa li fiha joqgħod sew, minħabba d-daqs kbir tiegħu, dan il-kurċifiss jidher li ngħata u tqiegħed fid-dar tal-Kanonku Ġan Piet Franġisk Agius de Soldanis, li fl-aħħar nett fl-1 ta’ Novembru 1746 irregalah lill-patrijiet Kapuċċini, li kienu għadhom kemm fetħu l-kunvent tagħhom maġenb il-knisja tal-Madonna tal-Grazzji, taħt il-Kastell fl-inħawi ta’ Forn il-Ġir.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109690
ISBN: 9789993278139
Appears in Collections:Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1
Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1
Scholarly Works - InsMS

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
De_Soldanis_u_l_Kapuċċini.pdf229.64 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.