Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109693
Title: “Malta wkoll miegħek titgħannaq” sejba ta’ poeżiji ġodda tal-Prof. P. Anastasju Cuschieri, Karmelitan
Authors: Camilleri, Charlò
Keywords: Cuschieri, Anastasio, 1876-1962
Poets, Maltese -- 20th century
Carmelites -- Malta
Authors, Maltese -- 20th century
Maltese poetry -- 20th century
Joseph, Saint -- Cult -- Malta
Issue Date: 2019
Publisher: Akkademja tal-Malti
Citation: Camilleri, C. (2019). “Malta wkoll miegħek titgħannaq” Sejba ta’ poeżiji ġodda tal-Prof. P. Anastasju Cuschieri, Karmelitan. Il-Malti : Rivista tal-Akkademja tal-Malti, 92(1), 26-65
Abstract: Fix-xogħol tiegħu “‘Malta wkoll miegħek titgħannaq’ – Sejba ta’ poeżiji ġodda tal-Prof. P. Anastasju Cuschieri, Karmelitan” Charlò Camilleri O.C. jinkludi poeżiji tal-Prof. P. Anastasju Cuschieri bil-Malti u bit- Taljan li sab wara l-pubblikazzjoni tal-edizzjoni kritika tal-Poeżiji Miġbura fl-2013, frott tar-riċerka tiegħu li baqgħet u għadha għaddejja. Mhux eskluż li jkomplu joħorġu kitbiet u poeżiji ta’ Cuschieri fil-ġejjieni; dan għaliex kif jinnota P. Charlò Camilleri, Cuschieri ma kienx xi persuna organizzata ħafna u kien juża kull biċċa karta li jsib u fuqha jħażżeż xi poeżija, jew xi punti għal xi diskors jew omelija. Għaldaqstant ukoll il-folji, il-pitazzi u n-noti ta’ Cuschieri jafu jinstabu fi mkejjen li mhux dejjem taqagħlek f’rasek tfittex fihom. Sakemm kienet qed titħejja din il-pubblikazzjoni fil-fatt l-awtur qalilna li nstabu poeżiji oħra ta’ Cuschieri qalb il-kitbiet u l-istudji u l-manuskritti ta’ reliġjuż Karmelitan ieħor, P. Valentin Borg Gusman, Karmelitan Marjologu, bniedem kolt u ta’ studju u riċerka li fost suġġetti oħra kien jgħallem ukoll il-kritika letterarja. Fil-poeżiji msemmija f’din il-ktiba naraw kif Cuschieri jgħaqqad flimkien temi li kienu għal qalbu bi kreattività liema bħalha.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109693
ISBN: 9789993278139
Appears in Collections:Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1
Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.