Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109694
Title: | L-umoriżmu fil-letteratura Maltija |
Authors: | Casha, Charles |
Keywords: | Maltese wit and humor Plays on words -- Malta Maltese language -- Discourse analysis |
Issue Date: | 2019 |
Publisher: | Akkademja tal-Malti |
Citation: | Casha, C. (2019). L-umoriżmu fil-letteratura Maltija. Il-Malti : Rivista tal-Akkademja tal-Malti, 92(1), 66-77 |
Abstract: | Charles Casha jittratta l-umoriżmu fil-letteratura Maltija fil-ktiba li ġġib sewwasew dan it-titlu. Il-letteratura tinterpreta l-ħajja u tirrifletti fuqha u għalhekk l-umoriżmu, flimkien mal-biża’, l-avventura, l-imħabba u l-aspetti oħrajn tal-ħajja, huwa ingredjent essenzjali fil-kitba tan-novelli, tar-rumanzi, tad-drammi u tal-ġeneri letterarji l-oħrajn. Fil-letteratura Maltija nsibu numru sabiħ ta’ awturi li għamlu użu mill-umoriżmu, għalkemm mhux ilkoll bl-istess mod jew għan. Xi awturi sawru xi xogħlijiet tagħhom fuq umoriżmu li l-għan tiegħu ewlieni hu li jnissel tbissima u jipprovdi divertiment sempliċi, oħrajn kitbu biex jgħallmu lill-poplu u jerfgħuh mill-injoranza li kien jgħix fiha u hemm dawk li kellhom il-ħsieb li b’mod satiriku jikkritikaw faxex tas-soċjetà Maltija. Barra minn dawn, l-umoriżmu iswed (black humour), li jwassal għal katarsi intellettwali u jikxef ir-realtà traġika tan-natura, daħal ukoll fil-letteratura Maltija permezz tal-kitbiet ta’ Alfred Buttigieg, Ġużè Stagno, Oreste Calleja u Alex Vella Gera. Xi awturi, bħal Simone Spiteri, iħallu s-sitwazzjonijiet li jsibu ruħhom fihom il-karattri jiżviluppaw l-element umoristiku waqt il-provi tad-dramm. Fil-ktiba tiegħu Casha jargumenta li l-umoriżmu jista’ jkun biċċa għodda tajba f’idejn il-kittieb biex jittratta problemi soċjali jew personali. L-umoriżmu, meta mqiegħed f’postu, itaffi mill-element qawwi ta’ xi kitba li taf tgħejji lill-qarrej meta dan ikollu x-xewqa li jirrilassa. Mil-lat psikoloġiku l-umoriżmu jgħin ħafna biex inkunu aktar f’saħħitna għax jista’ jħalli effett pożittiv kemm fuq is-saħħa fiżika u kemm fuq is-saħħa mentali. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109694 |
ISBN: | 9789993278139 |
Appears in Collections: | Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1 Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
L_umoriżmu_fil_letteratura_Maltija.pdf | 299.21 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.