Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109700
Title: Iż-żamma tal-kuntest kulturali tat-test sors u tal-elementi lessikali kemm dijakroniċi kif ukoll sinkroniċi fil-proċess tat-traduzzjoni li tinvolvi testi letterarji u nonletterarji
Authors: Zahra, Paul
Keywords: Historical linguistics -- Malta
Maltese language -- Semantics
Maltese language -- Orthography and spelling
Translating and interpreting -- Malta
Linguistics -- Translating
Issue Date: 2019
Publisher: Akkademja tal-Malti
Citation: Zahra, P. (2019). Iż-żamma tal-kuntest kulturali tat-test sors u tal-elementi lessikali kemm dijakroniċi kif ukoll sinkroniċi fil-proċess tat-traduzzjoni li tinvolvi testi letterarji u nonletterarji. Il-Malti : Rivista tal-Akkademja tal-Malti, 92(1), 152-165
Abstract: Paul Zahra jitkellem fuq l-importanza taż-żamma tal-kuntest kulturali tat-test sors u tal-elementi lessikali, kemm dijakroniċi kif ukoll sinkroniċi, fil-proċess tat-traduzzjoni li tinvolvi testi letterarji u nonletterarji. Fil-proċess tal-kitba oriġinali l-kuntest hu wieħed bipolari, li jinvolvi kemm lingwa kif ukoll kultura waħda. Dak tat-traduzzjoni, biż-żieda tal-lingwa mira, isir wieħed triangolari. Lingwistikament it-test sors hu mutabbli u trasferibbli. Iżda għall-kuntrarju, kulturalment it-test sors hu immutabbli u intrasferibbli. Dan ifisser li fit-traduzzjoni m’hemmx lok għad-domestikazzjoni tal-kultura sors permezz tal-lokalizzazzjoni. L-analiżi tal-kuntest hi essenzjali għax fost ħwejjeġ oħrajn din tinkludi ż-żmien li fih inkiteb it-test sors, l-elementi kulturali li jinsabu fih, l-udjenza primarja u l-udjenzi sekondarji, flimkien mal-aħjar mod kif għandha ssir it-traduzzjoni sabiex, sa fejn hu possibbli, ma jintilef xejn minnu. Biex jasal għal dan, it-traduttur jeħtieġlu għalhekk janalizza, b’mod partikolari, waqt il-proċess tat-traduzzjoni inġenerali, kemm l-elementi lessikali dijakroniċi u sinkroniċi taż-żewġ lingwi involuti kif ukoll l-element kulturali tat-test sors u kif dan jista’ jgħaddi fit-test mira bla ma jinbidel.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109700
ISBN: 9789993278139
Appears in Collections:Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1
Il-Malti, Ħarġa 92, Numru 1



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.