Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109719
Title: Il-mezz ta' identifikazzjoni matul iż-żmien
Authors: Borg, Joe
Keywords: Police -- Identification
Police -- Malta -- History
Malta Police Force -- History
Malta Police Force -- Uniforms
Police -- Equipment and supplies
Issue Date: 2021
Publisher: Malta Police Force
Citation: Borg, J. (2021). Il-mezz ta' identifikazzjoni matul iż-żmien. Il-Pulizija, 28(2), 35-36.
Abstract: Meta kien twaqqaf il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta f’Lulju tal-1814, il-pulizija li ġew ingaġġjati fil-bidu għamlu xi żmien mingħajr uniformi. Kienu jilbsu ħwejjeġ pajżana addattati għal dak iż-żmien. Huma kienu jingħarfu li huma pulizija mill-aċċessorji li kienu ngħataw; li kienu x-xabla jew stallett, lembuba ta’ daqs kemmxejn akbar minn tal-lum, li kienet tissejjah ‘il-ħatar’ u tip ta’ arma tan-nar. Iżda maż-żmien, ġiet introdotta l-uniformi, li għamlet l-identifikazzjoni tal-pulizija ħafna aktar faċli. Barra minn hekk, ġiet introdotta ukoll sistema ta' ittri jew/u numri li biha seta faċilment jiġi identifikat pulizija fuq livell individwali ukoll. Meta bdew jitħallew jidħlu n-nisa fil-korp, proprju fil-ħamsinijiet, daħlet ukoll l-ittra 'W' - 'woman' - fin-numru ta' identifikazzjoni għal biex jiġi distint ukoll il-ġeneru tal-pulizija. Fl-1958, dawn in-numri bdew jintlibsu fuq l-ispalla bħal ma jintlibsu llum. Dan l-aħħar ħarġet ċirkulari sabiex b'effett mill-1 ta' Marzu 2021 titneħħa l-ittra 'W' sabiex kull pulizija jkollu numru uniku irrispettivament tal-ġeneru. Fil-prinċipju, l-għan tal-identifikazzjoni numerika huwa li żżid irresponsabilità u tikseb aktar il-fiduċja pubblika. Għalekk, preżentement għaddej proċess sabiex tinbidel il-karta tal-identità tal-pulizija, (I.D. card) għall-waħda ta’ ċertu standard; b’livell għoli mil-lat ta’ karatteristiċi teknoloġiċi li ser ikun fiha. Din hija miżura oħra importanti, sabiex tlaħħaq mal-isfidi li dejjem qed jiġġeneraw fis-soċjetà tagħna.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109719
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCSSSP



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.