Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109721
Title: F'għeluq il-mitt sena mill-banda tal-Korp tal-Pulizija
Authors: Borg, Joseph
Keywords: Malta Police Force Band -- History
Bandmasters -- Malta -- History
Bands (Music) -- Malta -- History
Issue Date: 2020
Publisher: Malta Police Force
Citation: Borg, J. (2020). F'għeluq il-mitt sena mill-banda tal-Korp tal-Pulizija. Il-Pulizija, 27(1), 35-39.
Abstract: Din is-sena li qegħdin fiha, il-banda tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta qed tagħlaq il-mitt sena mit-twaqqif tagħha. L-idea ta’ twaqqif ta’ banda fi ħdan il-korp kienet ukoll parti mirriforma tal-Logotenent Kurunell Henry William Bamford li kienet saret ftit tax-xhur wara l-irvellijiet tas-Sette Giugno 1919. F’Awwissu tal-1919, Bamford inħatar bħala t-tlettax-il kummissarju tal-pulizija minn mindu twaqqaf il-korp. Għaldaqstant - hekk kif inhu kalkulat minn raġunijiet loġiċi, esiġenti u dawk loġistiċi - it-twaqqif tal-banda tal-korp nistgħu ngħidu li kien seħħ f ’xi perjodu tas-sena ta’ wara. Kif wieħed ukoll jista’ jimmaġina, l-ewwel ħaġa li kienet saret kien is-sejħa għall-surmast tal-banda li kienet minn barra l-korp. Hawn kien intgħażel Mro Emanuele Magro, is-surmast li kellha l-orkestra tal-Commander-in-Chief f ’Malta. Ftit wara l-ħatra tas-surmast, kienet saret sejħa għall-bandisti minn fost il-membri tal-korp li għaliha kienu wieġbu tlettax biss. Għalkemm b’numru relattivament żgħir, is-Surmast Magro xorta waħda beda jagħmel il-kunċerti. Fl-1956, il-Banda hawn kellha wkoll tissospendi ruħha għal xi ftit minħabba esiġenzi tas-servizz. Iżda fl-1957 il-banda reġgħet riattivat ruħha, din id-darba taħt it-tmexxija tal-Ispettur Vincent Bonnici. Minkejja li reġgħet qabdet ir-ritmu, ġara li hawn ukoll kellha terġa’ tiġi xolta minħabba l-istess esiġenzi tas-servizz. Fl-1965 il-band reġgħet twaqqfet, imma kella terġa tiġi xolta fl-1973 minħabba li bdew jirtiraw mis-servizz numru ta' bandisti mingħajr ma jidħlu oħrajn flokhom. Kien fl-1986 kien ingħata d-direzzjoni tal-banda il-kuntistabbli Anthony Cassar u wara li għamlet xi żmien wieqfa, hu sar s-surmast tal-banda, inkarigu li hu għad għandu sal-lum.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109721
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCMusLM



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.