Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109762
Title: L-editorjal
Authors: Schembri, Ann Marie
Keywords: Maltese language -- Periodicals
Maltese literature -- Periodicals
Maltese language -- 21st century
Maltese literature -- 21st century
Issue Date: 2020
Publisher: Akkademja tal-Malti
Citation: Schembri, A.M. (Ed.). (2020). L-editorjal. Il-Malti : Rivista tal-Akkademja tal-Malti, 93(1), xi-xv
Abstract: Din il-ħarġa letterarja taħbat mas-sena ċentinarja tal-Akkademja tal-Malti. Proprju mitt sena ilu grupp ta’ kittieba Maltin ħassew il-ħtieġa li jingħaqdu, u flimkien jaħdmu fuq alfabett standard li seta’ jgħinhom iferrxu l-letteratura Maltija, li kienet għadha fl-istadju tal-infanzja tagħha. Il-bżonn ta’ alfabett standard u regoli tal-ortografija msejsa fuq prinċipji lingwistiċi xjentifiċi, qarreb lil dawn il-kittieba lejn xulxin biex jaħdmu għall-istess għan: dak li jagħtu lill-Malti libsa iżjed uniformi, serja, u xierqa għall-ilsien tal-poplu li ftit ftit beda triqtu lejn l-għarfien bħala lsien nazzjonali u uffiċjali ta’ gżiritna. Bis-saħħa tad-determinazzjoni u l-ħidma tagħhom, dawn il-kittieba, waslu biex ħarġu l-ewwel dokument li stabbilixxa r-regoli tal-ortografija tal-Malti u għalkemm it-triq sal-għarfien uffiċjali kienet xi ftit twila, l-għan intlaħaq. Minn hemm ’il quddiem, l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti setgħet tkompli bix-xogħol l-ieħor tagħha, li tħeġġeġ iżjed kittieba Maltin jużaw il-Malti, u twassal lil-letteratura Maltija għal fażi oħra tal-ħajja tagħha.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109762
ISBN: 9789993278641
Appears in Collections:Il-Malti, Ħarġa 93, Numru 1
Il-Malti, Ħarġa 93, Numru 1

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L_editorjal.pdf192.24 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.