Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110034
Title: S. M. Maddalena de' Pazzi : kontemplazzjoni Marjana
Authors: Attard, Glen
Keywords: De' Pazzi, Maria Maddalena, Saint, 1566-1607
Christian women saints
God (Christianity) -- Mercy
God (Christianity) -- Righteousness
Carmelite Nuns -- Italy -- Florence
Carmelites -- Spiritual life
Issue Date: 2021
Publisher: Carmelite Fathers
Citation: Attard, G. (2021). S. M. Maddalena de' Pazzi : Kontemplazzjoni Marjana. Il-Karmelu, 86(3), 10-11
Abstract: Aspett spiritwali ieħor għal qalb Maddalena de' Pazzi huwa l-Verġni Marija, partikolarment l-għaqda tagħha li ma tintemm qatt ma' Binha Ġesu. Ir-relazzjoni tal-qaddisa mal-Verġni Marija jiddeskrivuhielna s-sorijiet tal-istess monasteru f'immaġini mill-isbaħ meta darba raw lill-qaddisa mitlufa f'estasi tirċievi l-libsa Karmelitana mingħand il-Verġni Marija filwaqt li ttennilha, "Ħa jkunu mħażżmin ġenbejja" (Prob. 120). L-azzjoni li tilbes il-libsa ta' Marija hija immaġini għażiża ħafna għall-Ordni Karmelitan għaliex toħodna lura għall-viżjoni tal-Pirjol Ġenerali Ingliż San Xmun Stock fis-seklu tlettax. Hekk kif il-Verġni Marija tatu l-labtu (tagħha) wegħditu l-protezzjoni materna tagħha fuq l-Ordni. L-ilbies tal-labtu jew tal-libsa ta' Marija għandu jfisser, aktar milli d-drapp fih innifsu, l-ilbies tal-istess valuri materni tagħha, li minnhom Maddalena de' Pazzi xorbot l-aktar: l-intimità ma' Ġesu u l-għajxien ta' ħajjitha f'kull mument tagħha f'għaqda miegħu; il-ħarsien tal-fidi li hija għexet taħt il-mant ta' Marija li titlob għalina quddiem il-Missier; is-safa tal-ġisem, tal-moħħ, u tal-qalb; u l-ħarsien talkomunità tal-fidili Nsara.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110034
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheMT

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Kontemplazzjoni_marjana.pdf728.76 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.