Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110037
Title: Santa Tereża ta' Ġesu : il-kontemplazzjoni fil-Ktieb tal-ħajja
Authors: Attard, Glen
Keywords: Teresa, of Avila, Saint, 1515-1582
Discalced Carmelites -- History
Spiritual life -- Catholic Church
Prayer -- Catholic Church
Issue Date: 2017
Publisher: Carmelite Fathers
Citation: Attard, G. (2017). Santa Tereża ta'Ġesu : Il-kontemplazzjoni fil-Ktieb tal-Ħajja. Il-Karmelu, 82(1), 6-7
Abstract: Teresa Sanchez de Cepeda y Ahumada twieldet fit-28 ta' Marzu 1515 f'soċjetà Spanjola li kienet tqis li l-mara u r-raġel għandhom rwoli ben determinati x'jaqdu. Fl-ewwel ktieb tagħha, il-Ktieb taf-Ħajja (Ħajja), miktub bejn 1-1560 u 1562 għax intalbet tagħmel dan mill-konfessur tagħha, Santa Tereża tistabbilixxi ruħha bħala kittieba mill-aqwa tal -ħajja spiritwali, u hija u tagħmel dan, b'xi mod, taqbeż il-barrikata soċjali li kienet tifred l-irġiel min-nisa. Hija taqsam magħna f'dan il-ktieb "dak li s-sinjur mill-esperjenza għallimni f'27 sena biss ta' talb" (Ħajja 10 :9). Meta titkellem dwar dan il-ktieb hija tindirizzah bħala "ir-ruħ tiegħi" (Ħajja 16: 6, epil :4 ), u, fil-fatt, anke Miguel de Unamuno jkompli, "filwaqt li popli oħrajn ħallewlna kitbiet, aħna ħallejna erwieħ. Il-Ktieb taf- Ħajja jgħodd daqs kull istituzzjoni u daqs kull Kritika tar-Raġuni Pura." Il-Ktieb taf-Ħajja għaldaqstant huwa anali ż i rigoruża introspettiva daqskemm narattiva awtobijografika ta' esperjenzireliġjużi. Xi wħud mill-istudjużi saħansitra jsejħulu l-ktieb l-aktar "personali" tas-seklu tiegħu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110037
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheMT

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_kontemplazzjoni_fil_ktieb_tal_ħajja.pdf735.72 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.