Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110566
Title: Il-Ktieb tal-Għerf
Authors: Buttigieg, Charles
Keywords: Bible. Wisdom of Solomon
Bible -- Criticism, interpretation, etc.
Solomon (Biblical character)
Issue Date: 2020
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2020). Il-Ktieb tal-Għerf. Lehen l-Art Imqaddsa, 41(208), 16-20.
Abstract: Dan il-ktieb importanti msemmi ‘il-Ktieb tal-Għerf ’ huwa attribwit lil Salamun, bin Batseba li saltan wara missieru David mis-sena 970 sal-931 Q.K., għaliex Salamun kien magħruf għall-għerf tiegħu fil-ħakma tiegħu kif naraw fil-ġudizzju taż-żewġ ommijiet (ara 1 Slat3:16-28). Il-ktieb huwa tardiv u miktub ġewwa Alessandrija belt importanti tal-għerf u tal-filosofija. Skont il-Biblista Luca Mazzinghi tal-Istitut Bibliku ta’ Ruma u tal-Istitut Teoloġiku ta’ Firenze jpoġġi l-kitba tal-ktieb wara s-sena 30 Q.K. Għalhekk huwa meqjus bħala l-aħħar kitba tal-Antik Testment u għalhekk pont bejn iż-żewġ testmenti. Il-kelma Ebrajka għal għerf hija ‘hokmah’ li hija kelma femminili. Interessanti li fil-Malti l-kelma ‘Għerf ’ hija fil-maskil u għalhekk b’riferiment għal Kristu. L-awtur kien Lhudi minn Lixandra u kien jaf il-Lhudi u l-Grieg ukoll u kellu tagħrif tal-filosofija Griega li nfirxet sew fl-elleniżmu (bil-Grieg: hellas tfisser ‘Greċja’). Il-kotba l-oħra tal-għerf (jew sapjenzjali) li nsibu fil-bibbja fl-Antik Testemnt huma Ġob, Salmi, Proverbji, Qoħelet, l-Għanja tal-Għanjiet, u Bin Sira. B’kollox huma seba’ li huwa n-numru perfett tal-għerf. Bħal ħafna kotba tal-għerf huwa miktub fil-forma letterarja tal-poeżija Ebrajka. Esponenti bibliċi dwar l-istudju ta’ dan il-ktieb insibu lil L. Alonso Schokel, F. Zorell, R. Cornely, J.M. Reese, M. Gilbert, M. Priotto u L. Mazzinghi.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110566
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 208 : April-Gunju : 2020
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 208 : April-Gunju : 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_Ktieb_tal_Għerf.pdf362.62 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.