Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110600
Title: Ir-relazzjoni ta' bejn il-Pulizija u ż-żgħażagħ
Authors: Azzopardi, Jacqueline
Keywords: Youth -- Conduct of life
Police-community relations -- Malta
Conflict of generations -- Malta
Intergenerational relations -- Malta
Ageism -- Malta
Youth -- Attitudes
Conformity
Socialism and individualism
Crime prevention
Issue Date: 2006
Publisher: Malta Police Force
Citation: Azzopardi, J. (2006). Ir-relazzjoni ta' bejn il-Pulizija u ż-żgħażagħ. Il-Pulizija, 13(3), 43-44.
Abstract: Is-soċjeta' hija maqsuma fi gruppi skond karatteristiċi bħal l-eta' fejn in-nies jitqassmu fi: tfal, adoloxxenti, adulti u anzjani. Is-socjeta' imbaghad tistenna imġieba differenti, skond il-grupp. Tagħti privileġġi lil xi wħud filwaqt Ii ċċaħħad xi gruppi minn xi privileggi. Is-socjeta' Maltija għandha l-għeruq tagħha fir-reliġjoni Kattolika Rumana. Billi l-Pulizija Maltin huma wkoll parti mis-socjeta', jirriflettu l-attitudnijiet tal-maġġoranza tal-poplu Maltin. Il-kunċett antik tal-patria potesta għadu b'saħħtu f'Malta u kif il-Maltin għadhom jgħixu ħajja mibnija fuq it-tradizzjoni - imsejsa fuq I-ideal patriarkali, fejn ir-raġel adult huwa meqjus il-kap u dak Ii jipprovdi l-hobża ta' kulljum lill-familja. F'din il-mentalita', il-kap tal-familja jgħodd u ħadd ma jista' jmerih, lanqas jekk jizbalja. Pero, studji juri li l-affarijiet qed jinbidlu u Ii jidher Ii issa n-nies jagħtu importanza kbira lill-liberta' tal-espressjoni, lill-ħarsien tal-ambjent u lill-kwalita' aħjar ta' ħajja. Dawn l-opinjonijiet jidhru Ii jaqblu sew mal-mentalita' żagħzugħa. Iżda il-mentalita u preġudizzju jwarrbu liż-żagħżagħ bl-iskuża li m'għandhomx biżżejjed esperjenza. Barra minn hekk, huma meqjusa bħala ħabbara tal-bidla soċjali u għedewwa tal-valuri tradizzjonali. Issa jaħbat li l-pulizija ġeneralment huma nies li ma jħobbux il-bidla, u jiġu affetwati mill-opinjoni negattiva li s-soċjeta għandha taż-żgħażagħ. B'konsegwenza, il-pulizija jistgħu jadottaw strateġija li tmur kontra ż-żgħażagħ, anki meta dawn ikunu qed iħarsu l-liġi. Il-kultura taż-żgħażagħ hija l-espressjoni taż-żgħażagħ Ii mhumiex sodisfatti u li ġew imwarrba mis-socjeta'; hija l-essenza, kważi l'inkarnazzjoni tar-resistenza taż-żgħażagħ. Allum, jidher li s-soċjeta' qed tħabbat wiċċha ma' mostru li ħolqot hija stess u li qed tkompli trejjaq bl-attitudnijiet negattivi li għandha fil-konfront taż-żgħażagħ. Għalkemm l-attitudnijiet ma jinbidlux faċilment, jistgħu jittiħdu passi sabiex jibdew jitranġaw. Jekk il-kura taħdem, allura l- Pulizija jkunu jistgħu jifmhu aħjar il-kultura taż-żgħażagħ. Dan jista' jwassal biex jifmhu aktar liż-żgħażagħ u biex jinbena pont bejn il-Pulizija u ż-żgħażagħ ... pont li permezz tiegħu tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalita'.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110600
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCSSSP



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.