Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110701
Title: L-Iskwadra tal-Helicopter fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ta' Malta
Authors: Zarb, Carmel
Keywords: Malta Police Force. Helicopter Squad
Malta Police Force -- History
Helicopters -- Malta -- History -- 20th century
Malta -- Armed Forces -- History
Malta. Army. Task Force. Helicopter Flight -- History
Malta. Army. 1st Regiment -- History
Issue Date: 2009
Publisher: Malta Police Force
Citation: Zarb, C. (2009). L-Iskwadra tal-Helicopter fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ta' Malta. Il-Pulizija, 16(1), 35-37.
Abstract: Fiż-żminijiet tal-lum, kulħadd jaf bl-importanza tas-servizz tal-helicopter. Bil-helicopter tasal f'qasir żmien fil-post mixtieq u jaf ikun vitali sabiex issalva xi ħajja jew jinqabad xi każ. Illum il-ġurnata, dan is-servizz huwa marbut kompletament ma l-Armata, iżda ftit jafu li oriġinarjament din l-iskwadra meta twaqqfet kienet tappartjeni lill-Korp tal-Pulizija. Kien fis-sena 1971 meta l-Gvern Malti ta' dak iż-żmien kien bagħat grupp żgħir ta' nies ġewwa l-Ġermanja tal-Punent sabiex flimkien jitħarġu ħalli jsiru bdoti jew mekkaniks speċjalizzati tal-helicopters. Dan il-grupp kien magħmul kemm minn membri ta l-forzi armati ta' Malta kif ukoll minn dak tal -Korp tal Pulizija. Wara xhur sħaħ ta' xogħol iebes u studju ma jaqta' xejn, dawn il-bdoti u l-mekkaniks ġodda Maltin irriturnaw lura Malta; dawn il-ħames surġenti u erba' kuntistabblijiet għamlu l-ewwel skwadra tal-helikopters f'Malta. Parti mix-xogħol li kien jaqa taħt l-impenn ta din l-iskwadra kien kontroll ta kutrabandi u każijiet ta' tniġġiż tal-baħar minn vapuri, salvataġġ ta' nies maqbudin fil-baħar, u kif ukoll it-trasport ta' ekwipaġġ ta' emerġenza bejn l-isptar ta' Malta u dak ta' Għawdex. Iżda imbagħad, fl-1 ta' April 1980, ġiet iffurmata t-Task Force taħt it-tmexxija tal-Kurunell John N. Cachia. Din kienet skawdra magħmula prinċiparjament minn membri tal-Forzi Armati, B'konsegwenza t'hekk, il-helicopters li kienu f'idejn il-Pulizija għaddew f'idejn l-Armata kif għadhom hekk sal-lum.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110701
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCSSSP



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.