Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110934
Title: Editorjal : il-kustodja fil-gżejjer tal-Greċja
Authors: Chircop, Twanny
Keywords: Editorials
Franciscans -- Greece -- History
Franciscans. Custody of the Holy Land -- History
Franciscans. Commissariat of the Holy Land -- History
Issue Date: 2021
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Chircop, T. (2021). Editorjal : Il-kustodja fil-gżejjer tal-Greċja. Lehen l-Art Imqaddsa, 42(213), 3-5.
Abstract: Meta nitkellmu dwar l-Art Imqaddsa normalment naħsbu fil-missjoni li l-Franġiskani jmexxu f ’Israel u fil- Palestina, fejn hemm il-maġġoranza tas-Santwarji tal-Fidwa. Ftit naħsbu li l-Kustodja tal-Art Imqaddsa hi mifruxa fuq medda ta’ art ħafna akbar. Fl-imgħoddi, per eżempju, l-Eġittu kien kollu parti mill-Kustodja tal-Art Imqaddsa, imma llum sar Provinċja Franġikana awtonoma, iddedikata lis-Sagra Familja, filwaqt li l-Kustodja żammet biss iċ-Ċentru ta’ Studji Orjentali Kristjani fil-kunvent tal-Muski fil-Kajr. Il-Kustodja hi preżenti wkoll fil-Ġordanja, fil-Libanu u fis-Sirja. F’din iż-żona, magħrufa bħala r-Reġjun ta’ San Pawl, il-Kustodja tmexxi diversi parroċċi u santwarji, fosthom is-Santwarju tal-Muntanja Nebo fil-Ġordanja, il-Memorjal ta’ San Pawl f ’Damasku fis-Sirja, li jfakkar il-konverżjoni tal-Appostlu tal-Ġnus, u l-knisja li tfakkar id-dar ta’ Ananija, wkoll f ’Damasku. F’dan ir-Reġjun il-Kustodja Franġiskana għandha parroċċi fil-Libanu (Tripli, Ħarissa, Beirut, Tir u Deir Mimas) u fis-Sirja (Bab Touma u Salħieh f ’Damasku, San Franġisk f ’Aleppo, u l-parroċċi tal-irħula ta’ Yacoubieh u Knayeh).
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/110934
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 213 : Lulju-Settembru : 2021
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 213 : Lulju-Settembru : 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Editorjal.pdf172.14 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.