Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/111324
Title: Editorjal : il-knisja omm ta’ Ġerusalemm
Authors: Chircop, Twanny
Keywords: Editorials
Church buildings -- Jerusalem
Franciscans. Custody of the Holy Land
Franciscans. Commissariat of the Holy Land
Jerusalem -- Description and travel
Issue Date: 2022
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Chircop, T. (2022). Editorjal : il-knisja omm ta’ Ġerusalemm. Lehen l-Art Imqaddsa, 43(216), 3-5.
Abstract: Aħna l-Kattoliċi nassoċjaw il-Knisja Kattolika mal-belt ta’ Ruma u mal-figura tal-Papa bħala suċċessur ta’ San Pietru. Dan hu frott tal-istorja li rat lill-appostli Pietru u Pawlu jtemmu l-ħajja u l-missjoni tagħhom fil-kapitali tal-Imperu Ruman, fejn sofrew il-martirju. Ftit naħsbu li l-ħidma talappostli bdiet mhux fil-punent, imma fil-lvant. Ħafna mill-appostli kienu sajjieda madwar l-Għadira tal-Galilija meta Ġesù sejħilhom għal warajh. Pawlu ta’ Tarsu, għalkemm ċittadin Ruman, kien Lhudi li studja Ġerusalemm, u li sar evanġelizzatur tal-pagani wara li Kristu sejjaħlu fit-triq lejn Damasku. Il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli jirrakkonta kif l-ewwel komunità Kristjana kienet twieldet wara l-predikazzjoni ta’ Pietru u sħabu nhar Pentekoste, meta l-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-appostli miġbura fiċ-Ċenaklu u dawn bdew jippridkaw u jiffurmaw il-komunità tad-dixxipli, li kienu lkoll “ruħ waħda u qalb waħda fit-tagħlim tal-appostli, fl-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb” (Atti 2,42).
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/111324
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 216 : April-Gunju : 2022
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 216 : April-Gunju : 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Editorjal.pdf168.89 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.