Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/111433
Title: L-ittra ta’ San Ġakbu (2)
Authors: Buttigieg, Charles
Keywords: Bible. James -- Criticism, interpretation, etc.
Bible. James -- Commentaries
Issue Date: 2023
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2023). L-ittra ta’ San Ġakbu (2). Lehen l-Art Imqaddsa, 44(219), 17-22.
Abstract: Għal L. Thuren (1995), id-diviżjoni tal-ittra hija din: exordium (1:1-18); temi tal-perseveranza u perfezzjoni (1:2-4,12-18), l-għerf u l-flus (1:5-11); propositio (1:19-27), kliem u azzjoni (1:19a-21a), il-kelma u l-azzjoni (1:21b-25), il-kliem u l-flus (1:26-27); argumentatio (2:1-5:6), azzjoni u flus (2:1-26), kliem u għerf (3:1-4:12), kliem u azzjoni (4:13-5:6); peroration (5:7-20), recapitulatio (5:7-11) u conquestio (5:12-20). R. Kruger jara struttura konċentrika biċ-ċentru jkun 2:1-26 dwar il-fidi u l-opri, f ’1:2-8 bħala introduzzjoni u 5:7-20 bħala konklużjoni. J.E. Cellerier jitkellem minn 3 partijiet: 1:1-2:26; 3:1-5:11 u 5:12-20. J.B. Mayor jaqsam l-ittra f ’9 sezzjonijiet: 1:1-18, 19-27; 2:1-13, 14-26; 3:1-12, 13-18; 4:1-17; 5:1-11 u 12-20. H. von Soden jaqsamha f ’1:1; 2-18, 19-27; 2:1-26; 3:1-17; u 4:1-5:20. Waqt li J.H. Ropes jara dawn it-taqsimiet: 1:2-2:26; 3:1-18 u 4:1-5:20. J.B. Reicke għandu 5 diviżjonijiet: 1:2-18; 2:1-26; 3:1-8; 4:1-5:6 u 5:7-20. Permezz tal-analiżi retorika W. Wuellner fl-1978 jara: introduzzjoni f ’1:1-12 magħmula minn preskritt epistulari (1:1), exordium (1:2-4), narratio (1:5-11) u propositio (1:12). Hemm l-argumentatio (1:13-5:6) li Wuellner jaqsmu f ’7 sezzjonijiet: 1:13-27; 2:1-13, 14-26; 3:1-12, 13-18; 4:1-12; u 4:13-5:6. Hemm il-peroratio f ’5:7-20. D.H. Edgar (2001) għandu din l-istruttura: 1:2-18 (exordium); 1:19-27 (prothesis, il-fatti); 1:19-3:18 u 4:1-5:20. B. Witherington (2007) jara l-exordium f ’1:2-18; 1:19-27 bħala propositio; 2:1-26; 3:1-18 u 4:1-5:6; 5:7-20 bħala peroratio. F.O. Francis jipproponi erba’ partijiet: 1:2-27 (il-ferħ); 2:1-26 (il-fidi u l-parzjalita’); 3:1-5:6 (l-imħabba tal-kelma); 5:7-20 (eżortazzjoni tal-aħħar). F. Vouga jipproponi: 1:2-18 (tissaporti l-provi); 1:19b-3:18 (tirrealizza l-kelma u tirreżisti l-qawwiet); 4:1-5:20 (tagħti xhieda talprovidenza t’Alla quddiem il-qawwiet). Fl-istruttura konċentrika: 2:1-13 huwa ċ-ċentru, fejn 1:2-3 huma paralleli għal 5:7-10; 1:5-11 huma paralleli għal 4:11-5:6; u 1:1-26 ma’ 3:1-12. Skont J. Reese (1982) hemm struttura kjastika fejn iċ-ċentru hija l-perikopa 3:1-18, bil-perikopi 2:1-26 u 4:1-5:6 jikkorrespondu għal xulxin u 1:2-27 u 5:7-70 jikkorrespondu għal xulxin. R. Crotty (1992) għandu struttura kjastika differenti fejn huwa jżomm il-perikopa 4:1-3 bħala iċ-ċentru, bi 1:16-18 u 5:19-20; 1:19-27 u 5:12-18; 2:1-26 u 4:11-5:11; u 3:1-18 u 4:4-10 jikkorrespondu għal xulxin.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/111433
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 219 : Jannar-Marzu : 2023
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 219 : Jannar-Marzu : 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L_ittra_ta_San_Ġakbu.pdf884.9 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.