Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/111517
Title: L-ittra ta’ San Ġakbu (3)
Authors: Buttigieg, Charles
Keywords: Bible. James -- Criticism, interpretation, etc.
Bible. James -- Commentaries
Issue Date: 2023
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2023). L-ittra ta’ San Ġakbu (3). Lehen l-Art Imqaddsa, 44(220), 16-23.
Abstract: Skont M. Dibelius (studjuż ta’ San Ġakbu), l-ittra ta’ San Ġakbu hija dwar ilpjeta’ tal-faqar. L-ittra ta’ San Ġakbu kontinwament tirreferi għaż-żewġ klassi ekonomiċi: il-għonja (‘ho plousios’) u l-foqra (‘ho ptochos’) kif naraw f ’1:9-11; 2:2-6; u 5:1-3: “Ejjew issa, intom l-għonja, ibku u ixhru fuq l-għawġ li ġej fuqkom! Ġidkom tħassar, ħwejjiġkom kilithomlkom il-kamla. Id-deheb u l-fidda tagħkom rabbew is-sadid, u s-sadid tagħkom għad jixhed kontra tagħkom u jiklilkom ġisimkom bħan-nar. Ħżintu l-ġid fl-aħħar jiem!”. Din id-dikotomija soċjali kienet teżisti ukoll fost l-insara tal-bidu. Din il-problema mhux biss tidher hawnhekk, imma narawha f ’Galatin 2:9-10; 2 Korintin 8:9; Rumani 15:22-29; Atti 2:44-45; 5:1-11; u 11:29, fejn naraw il-komunita’ ta’ Ġerusalemm bħala waħda fqira u li kellha bżonn l-għajnuna. Alla jagħżel (‘Theos ekzelezato’) lill-foqra biex ikunu sinjuri fil-fidi (‘plousious en pistei’, ara ukoll Efesin 2:4) u werrieta tas-saltna (‘kleronomous tes basileias’), bħala l-premju eskatoloġiku (ara Isaija 60:21 u Mattew 25:34: “Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja”). Naraw li xi uħud mill-għonja nsara kienu jwettqu diskriminazzjonijiet mal-foqra (2:1-4; 3:13-16; 4:13-16; u 5:4-6) u għalhekk is-sofferenza tal-foqra. Il-foqra kienu għalhekk isibu l-faraġġ tagħhom fil-Mulej: “Ara, il-ħlas tal-ħaddiema li ħasdu l-għelieqi tagħkom - ħlas li intom żammejtuhulhom bil-qerq - qiegħed jgħajjat kontra tagħkom, u l-biki ta’ dawk li ħasdu wasal f’widnejn il-Mulej tal-eżerċti” (5:4).
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/111517
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 220 : April-Gunju : 2023
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 220 : April-Gunju : 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L_ittra_ta_San_Ġakbu.pdf1.14 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.