Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112125
Title: Storja tal-ilsien u l-letteratura Maltija : kronoloġija
Authors: Cassar, Mario
Keywords: Maltese language -- History and criticism
Maltese language -- Chronology
Maltese literature -- History and criticism
Authors, Maltese -- History and criticism
Maltese literature -- Chronology
Malta -- Intellectual life
Issue Date: 2021
Publisher: Heritage Malta
Citation: Cassar, M. (2021). Storja tal-Ilsien u l-Letteratura Maltija: Kronoloġija. Malta: Heritage Malta.
Abstract: L-ewwel edizzjoni ta' din il-kronoloġija kienet pubblikazzjoni ċkejkna li ħarġet bl-inizjattiva tal-Għaqda tal-Malti (Università) fi-2002. Issa f'idejkom għandkom verżjoni ferm aktar dettaljata f'dik li hi informazzjoni u ferm aktar lussuża f'dik li hi produzzjoni. Nirringrazzja lil Heritage Malta li daħlu għal din il-biċċa xogħol ambizzjuża sabiex jikkommemoraw kif xieraq iċ-ċentinarju tal-Akkademja tal-Malti (1920-2020), qabel magħrufa bħala l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, kif ukoll għeluq il-mitt sena mit-tfassil tal-alfabett Malti mill-istess Għaqda (1921-2021). L-istorja sħiħa ta l-letteratura Maltija għad trid tinkiteb. Tabilħaqq jeżistu diversi studji li jitfgħu dawl fuq l-evoluzzjoni letterarja ta' ġensna iżda, anki jekk ikollna niġbruhom flimkien, xorta ħa jibqgħalna ħafna lakuni x'nimlew. Snin ilu Oliver Friggieri kien ippubblika l-ewwel volum tal-istorja tal-letteratura Maltija. Dan, ċertament, mela vojt kbir iżda xorta jkollna nistqarru li għadna sajmin sew minn tagħrif relatat mal-ġrajja bikrija tal-letteratura tagħna, apparti l-fatt li l-volumi l-oħra ta' din l-istorja, għal xi raġuni, baqgħu ma dehrux. Fil-qasam lingwistiku, il-volum li-Malti: Elf Sena ta' Storja ta' Joseph M. Brincat waqa' bħall-manna mis-sema, anki jekk għal darb'oħra t-tagħrif fuq il-ġrajja bikrija ta' lsienna għadu tassew skars
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112125
Appears in Collections:Scholarly Works - JCMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Storja_tal_isien_u_l_letteratura_Maltija_kronologija.pdf
  Restricted Access
15.42 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.