Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112694
Title: Futur bla passat? : il-qagħda ta' l-arkivji f'pajjiżna
Authors: Frendo, Henry
Keywords: National Archives of Malta (Rabat, Malta)
Archives -- Malta
Libraries -- Special collections -- Records
Archival materials -- Malta
Issue Date: 2000
Publisher: L-Arkivju Nazzjonali
Citation: Frendo, H. & Farrugia, C. (Ed.) (2000). Futur bla passat? : il-qagħda ta' l-arkivji f'pajjiżna. Malta: l-Arkivju Nazzjonali
Abstract: Forsi mhux kulħadd jirrealizza kemm l-arkivji huma marbutin ma' nozzjonijiet determinanti ta' progress, ta' identità u ta' żvilupp. Qabel is-seklu dsatax il-kuxjenza storika moderna kienet ristretta għall-ġbir u l-analiżi ta' tagħrif minn individwi ta' ħila eċċezzjonali bħal Vico, Montesquieu, Gibbon u oħrajn, imma ma kienx hemm il-mezzi biex studji bħal dawn isiru a bażi ta' riċerka iżjed regolari. F'Malta wkoll kien hemm individwi bħal Mifsud, Scicluna u oħrajn qabilhom li fittxew id-dokumenti u għarfu l-ħtieġa tagħhom għall-posterità. Madankollu l-kolonjaliżmu ftit li xejn kien jippermetti storja patrija awtentika jew kritika, għas-sempliċi raġuni li l-esperjenzi u saħansitra l-interessi kulturali kienu essenzjalment stunati jew addirittura konfliġġenti. Dan bir-rispett kollu lejn pijunieri bħal Panzavecchia u xi oħrajn li ppruvaw jiddivulgaw l-istorja nattiva anki fl-iskejjel, xi ħaġa li fis-seklu dsatax saret norma fl-Ewropa kollha. Il-libertà intellettwali baqgħet ċirkoskritta ħafna mill-istituzzjonijiet, kif x'aktarx għadha, fosthom indubbjament mill-Knisja, għalkemm mhux daqs qabel. Ironikament, perà, kienet il-missjoni u l-organizzazzjoni ekkleżjastika fid-diversi forom tagħha li ssistemat u mantniet it-tnaqqix taż-żmien permezz ta' dokumenti fi sferi parrokkjali, nazzjonali u reliġjużi li llum qegħdin nibdew nirrealizzaw l-importanza tagħhom meta dawn ikunu aċċessibbli qabel xejn għall-klassifika.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112694
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCASHDAS

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Futur_bla_passat_il_qagħda_ta_l_arkivji_f_pajjiżna_2000.pdf
  Restricted Access
3.37 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.