Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112719
Title: | Il-Każ Kurjuż ta’ Rosa Mifsud, 1774 |
Authors: | Cassar, Mario |
Keywords: | Mifsud, Rosaria, 1754-1793 Ximenes de Texada, Francisco, 1703-1775 Intersex people -- Malta -- Luqa -- History -- 18th century |
Issue Date: | 2007 |
Publisher: | Luqa : Għaqda Mużikali Sant’Andrija |
Citation: | Cassar, M. (2007). Il-Każ Kurjuż ta’ Rosa Mifsud, 1774. Festa titulari Sant’Andrija 2007 [Luqa], p. 163-67. |
Abstract: | Wieħed mill-aktar każijiet kurjużi fl-istorja medika ta' Malta huwa bla dubju ta ' xejn dak ta' Rosa (jew Rosaria) Mifsud minn Ħal Luqa. Dan il-każ, li seħħ fl-1774, ma kienx irrappurtat minn Dun Ġużepp Micallef fil-ktieb tiegħu Ħal Luqa: Niesha u Ġrajjietha (1975), aktarx minħabba in-natura kontroversjali tiegħu. Dan il-każ kien investigat għall-ewwel darba mill-istoriku Dr Paul Cassar, li ppubblika l - istħarriġ tiegħu, intitolat 'Change of Sex Sanctioned by a Maltese Law Court in the 18th Century', fil-British Medical Journal tal-11 ta' Diċembru 1954. Fuq din il-ġrajja tassew stramba kitbu wkoll Dr Giovanni Bonello u Dr Robert Attard. Fir-reġistri parrokkjali ta' Ħal Luqa niltaqgħu mal-magħmudija ta' ċerta Primitiva Rosa Mifsud, bint Ġużeppi u Tereża, li ġġib id-data tat-8 ta' April 1755. Għaldaqstant, meta ġara l-każ, Rosaria kellha 19-il sena (u mhux 17 jew 18 kif isostnu d-dokumenti ta' dak iż-żmien). Jista' jkun li kienu jsejħulha Rosa għax l-ewwel isem tagħha, Primitiva, kien stramb wisq. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112719 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - JCMal |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Il_każ_kurjuż_ta_Rosa_Mifsud_1774.pdf | 128.34 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.