Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112752
Title: Traskrizzjonijiet operistiċi fl-arkivju tal-Banda 12th May
Authors: Pirotta, Manoel
Keywords: 12th May Band and Social Club (Żebbuġ, Malta) -- Archives
12th May Band and Social Club (Żebbuġ, Malta)
Band clubs -- Malta -- Żebbuġ -- History
Archives -- Malta -- Żebbuġ
Bartoli, Emanuele, 1852-1933
Issue Date: 2022
Publisher: Żebbuġ : 12th May Band and Social Club
Citation: Pirotta, M. (2022). Traskrizzjonijiet operistiċi fl-arkivju tal-Banda 12th May. Festa San Filep, [Żebbuġ], 2022, 131-135
Abstract: Ftit ħafna huma dawk il-każini tal-banda li m’għandhomx xi tip t’arkivju artistiku b’xogħlijiet ta’ surmastrijiet Maltin u barranin maħżunin b’għożża fihom. Aktarx kull banda ssibilha xogħlijiet ta’ dawk is-surmastrijiet li minn żmien għal ieħor ikunu ddiriġewha u ħallewlhomlha bħala rigal. Dawn jistgħu jvarjaw minn innijiet kbar sa marċi brijużi. Xi baned sfortunatament kienu tilfu parti sostanzjali mill-arkivju tagħhom wara li l-każin tagħhom spiċċa ġġarraf fi żmien il-Gwerra, bil-partituri jintilfu darba għal dejjem. Hemm oħrajn imbagħad, li tteħditilhom xi mużika minn ġo fihom bla permess, jew ġew neqsin sforz it-traskuraġni min-naħa ta’ min suppost kien inkarigat li jieħu ħsiebhom. Fortunatament, illum il-ġurnata, is-soċjetajiet mużikali, qodma u ġodda, huma kollha konxji ta’ dan il-patrimonju imprezzabbli fi ħdanhom, u li jifforma parti integrali min-nisġa ta’ ġrajjiethom. Xogħol l-arkivista huwa għalhekk, li jara li dawn jinżammu fi stat tajjeb u maqfulin taħt ċavetta, u jinħarġu biss għal biex jindaqqu waqt xi programm sabiħ fuq il-planċier waqt xi programm annwali jew okkażjoni kommemorattiva oħra.
Description: This article contains the following images : Mro. Emanuele Bartoli - Firma Mro. Bartoli - La boheme Mro. Bartoli
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112752
Appears in Collections:Scholarly Works - JCMus

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Bartoli 2022 OAR.pdf176.29 kBAdobe PDFView/Open
Mro. Emmanuele Bartoli.jpg420.09 kBJPEGView/Open
Firma Mro. E. Bartoli.jpg70.62 kBJPEGView/Open
La Boheme tras. Emm. Bartoli.jpg296.42 kBJPEGView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.