Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1128
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-02-04T13:35:06Z-
dc.date.available2015-02-04T13:35:06Z-
dc.date.issued2014-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1128-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractFl-għażla tat-tema tal-istudju tiegħi, dejjem żammejt f’moħħi li waqt li nagħti kontribut lill-ilsien Malti, inkun qed naħdem fuq xi ħaġa li hi għal qalbi ħafna. Għalhekk għażilt li nagħmel glossarju fuq il-festi marbutin maż-Żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa. Minħabba li jien dilettant tal-Ġimgħa l-Kbira, u nerfa’ kemm f’raħal twelidi, il-Mosta, u kemm fi rħula oħra, ġejt f’kuntatt ma’ diversi varjazzjonjiet għall-istess oġġetti marbutin ma’ dan iż-żmien. Kienet propju din ir-raġuni li wasslitni li nagħmel studju lessikali dwar dan il-qasam. Dan l-istudju huwa maqsum fi tnejn: il-ġbir tat-termini marbuta ma’ dan il-qasam, kif ukoll esperiment b’ħamsin terminu ma’ numru ta’ reffiegħa mill-Mosta, mir-Rabat u mill-Birgu. Il-glossarju tal-festi marbutin maż-Żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa jilqa’ fih madwar mitejn terminu, li huma mqassmin fi tmien taqsimiet differenti, kif inhu spjegat aktar fid-dettall f’kapitlu erbgħa. Kull terminu jinkludi d-definizzjoni tal-kelma li jagħti Erin Serracino Inglott fil-Miklem Malti u Joseph Aquilina fid-dizzjunarju Maltese-English Dictionary, id-definizzjoni tiegħi fil-każ li ma jagħtiha l-ebda dizzjunarju jew meta d-definizzjoni li nsib ma jkollhiex x’taqsam mas-suġġett, u s-sors minn fejn sibt il-kelma. L-informanti li ħadu sehem f’dan l-esperiment huma mill-Mosta, mir-Rabat u mill-Birgu. Għażilt il-lokalità tal-Mosta għax waqt li għandi għarfien tajjeb ta’ xi jsir fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ dan il-post, kien faċli għalija biex insib il-parteċipanti. Ir-Rabat hija l-lokalità minn fejn ħarġet l-ewwel purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, u għalhekk inkludejtha fl-istħarriġ. Minħabba li r-Rabat u l-Mosta, it-tnejn li huma, ġeografikament jinsabu fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, għażilt il-Birgu biex ikolli ċans aktar insib varjazzjonjiet relatati mal-varjabbli tal-ġeografija, kif fil-fatt ġara. L-etajiet tal-informanti kienu bejn tmintax u ħamsa u għoxrin sena u minn ħamsa u tletin sena ’il fuq, biex toħroġ aktar id-differenza bejn il-ġenerazzjonijiet. Din it-teżina hija maqsuma f’erba’ kapitli. L-ewwel kapitlu jittratta l-isfond ta’ kif bdiet il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta sal-lum, il-preparamenti li jsiru għall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Mosta, il-purċissjonjiet ta’ Kristu Rxoxt, il-mużika li tindaqq f’dawn iż-żminijiet, kif ukoll jiddiskuti l-funzjonjiet, l-ikel u t-tradizzjonijiet ta’ żmien ir-Randan. B’mod speċjali f’dan il-kapitlu, użajt diversi termini speċifiċi marbutin ma’ dan il-qasam, li mbagħad ġbarthom fir-reġistru f’kapitlu erbgħa. It-tieni kapitlu jagħti ħarsa lejn temi soċjolingwistiċi u huwa maqsum f’sitt taqsimiet. Fost l-oħrajn din is-sezzjoni tinvolvi tagħrif dwar x’inhi s-soċjolingwistika u l-varjabbli soċjolingwistiċi li jinfluwenzaw il-lingwa tal-kelliem, bħall-età u l-ġeografija. Dan il-kapitlu jgħin lill-qarrej biex jinterpreta aħjar ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ. It-tielet kapitlu jitkellem fost oħrajn dwar il-metodu ta’ kif inkisbet l-informazzjoni tal-istħarriġ, l-għażla tal-istampi u l-mistoqsijiet, l-għażla tal-informanti u l-istudju pilota li ħejjejt qabel l-istħarriġ propju. Imbagħad it-tieni parti tal-kapitlu tinkludi l-analiżi u d-diskussjoni tar-riżultati li ħarġu mill-esperiment. Ir-raba’ kapitlu jitkellem dwar x’inhu reġistru lingwistiku u għalfejn huwa bżonjuż. Insibu wkoll il-glossarju, flimkien ma’ xi stampi magħżula biex jgħinu aktar lill-qarrejja jidentifikaw l-oġġetti msemmija fir-reġistru. Fl-aħħar tal-kapitlu, insibu wkoll il-glossarju mqiegħed f’ordni alfabetika. Fl-aħħar ta’ dan l-istudju wieħed isib l-appendiċi li huwa mqassam fi tliet sezzjonijiet. ‘Appendiċi 1’ fih l-istampi u l-mistoqsijiet li wrejt lill-informanti. ‘Appendiċi 2’ jinkludi kopja tal-formola ta’ aċċettazzjoni li l-informanti mlew biex jipparteċipaw f’dan l-esperiment. Fl-aħħar nett, f’‘Appendiċi 3’, hemm tabella bl-analiżi għal kull stampa u mistoqsija użata fl-esperiment.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectLanguage and languages -- Religious aspectsen_GB
dc.subjectMaltese language -- Religious aspectsen_GB
dc.subjectFeasts, Religious -- Maltaen_GB
dc.subjectLinguistics -- Maltaen_GB
dc.subjectHoly Week -- Maltaen_GB
dc.titleStudju lessikali dwar iż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Malta-
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Maltese-
dc.description.reviewedN/A-
dc.contributor.creatorDebono, Karl-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14BAMAL016.pdf
  Restricted Access
14BAMAL0165.58 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.