Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1129
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-02-04T13:35:51Z-
dc.date.available2015-02-04T13:35:51Z-
dc.date.issued2014-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1129-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDin ir-riċerka tittratta l-metafora, b’mod partikolari l-metafora kunċettwali. Fil-fatt, il-punt tat-tluq tar-riċerka hu x-xogħol ta’ Lakoff u Johnson, Metaphors we live by. Stħarriġt dan l-istudju, u rajt kif metafori meħudin mill-ħajja ta’ kuljum jirriflettu kif jaħseb il-bniedem. Din l-analiżi għamiltha bis-saħħa tal-korpus tal-Malti, l-MLRS, billi investigajt għalqa semantika ta’ kliem mill-qasam tal-pjanti, u rajt il-kuntesti li jintużaw fihom. B’hekk, ippruvajt nagħraf il-mappjaturi li hemm f’moħħ kelliem Malti meta jkun qed juża l-lingwa. It-tqassim tax-xogħol Dan ix-xogħol maqsum f’żewġ partijiet ewlenin; il-parti fejn nitkellem dwar it-tipi differenti ta’ metafora u nistħarreġ il-korpus u kif jista’ jintuża għar-riċerka tiegħi dwar il-metafora kunċettwali, u t-tieni parti, li tiġi l-parti tal-investigazzjoni. Il-parti tal-investigazzjoni hi analiżi ta’ sett ta’ kliem li huma żewġ verbi u żewġ nomi. Fl-ewwel kapitlu nirriċerka l-bidu tal-metafora, u nara għala hi teknika importanti li l-bniedem iħaddem ta’ kuljum. Matul l-ewwel kapitlu ltqajt ma’ studji differenti fuq il-metafora. Fosthom jispikkaw ix-xogħlijiet ta’ Ricoeur, Shibles u Reimar. B’hekk stajt nieħu idea tal-istudji fuq il-metafora minn lenti aktar letterarja. L-ewwel kapitlu jiffoka b’mod speċjali fuq il-metafora kunċettwali. Madankollu, stħarriġt id-differenzi bejn tipi ta’ metafora. Wara dan, rajt x’metafori mejta għandna fil-Malti li jistgħu jissejħu metafori kunċettwali. Fit-tieni kapitlu niddiskuti d-definizzjoni ta’ korpus u nagħti ħarsa lejn tipi differenti ta’ korpora li jeżistu għal-lingwi differenti. Barra minn hekk rajt x’funzjonijiet differenti għandu l-korpus, u fuq kollox, x’funzjonijiet għandu l-MLRS li nista’ nuża għar-riċerka tiegħi. Għalhekk, nagħti ħarsa lejn il-korpus tal-Malti, kif inbena u għala hu bżonjuż għal-lingwa Maltija. Wara li nifhem kif jaħdem il-korpus, ngħaqqad il-metafora u l-korpus permezz ta’ xogħlijiet barranin li diġà saru fuq il-metafora. Nara kif il-metafori kunċettwali jistgħu jiġu applikati f’korpus, u għala l-korpus jgħin f’din it-tip ta’ riċerka. B’dan il-mod rajt metodoloġiji ta’ nies oħra biex nibbaża x-xogħol tiegħi fuqhom u nara liem metodu għandi nuża għall-investigazzjoni. Nitkellem ukoll dwar kif għamilt użu mill-korpus, l-għażla tal-kliem u xi diffikultajiet li ltqajt magħhom waqt li rriċerkajt il-metafora fil-kliem magħżula. L-ewwel u t-tieni kapitlu għenuni biex inkun nista’ nagħmel l-analiżi tiegħi. Fit-tielet kapitlu niddiskuti r-riżultati u nanalizza r-riżultati. Jiġifieri, nitkellem dwar il-kuntesti li sibt il-kliem fihom – kull kelma analiżi għaliha, iżda kif inhi differenti jew simili mal-kliem l-ieħor li analizzajt. Hawnhekk wieħed jista’ jara l-metafori kunċettwali li ħarġu mill-kelmiet, u metafori oħra li għalkemm jintużaw fil-ħajja ta’ kuljum, ma qisthomx bħala metafori kunċettwali. Barra minn hekk, it-tifsira letterali tal-kliem għenitni biex nara x-xebh ta’ kif qed issir il-metafora. Problemi matul it-teżi Matul dan l-istudju kien hemm xi diffikultajiet, li però għenuni nsaħħaħ ir-riċerka. Waħda mill-iktar diffikultajiet li kelli hi l-għażla tal-kliem, jiġiferi minn fejn nibda l-analiżi. Dan minħabba li naqbad għalqa semantika partikolari, u wara li nirriċerka fuqha, tinteressani għalqa semantika oħra li ma jkollhomx x’jaqsmu ma’ xulxin. Fil-fatt, inizjalment kont se nirriċerka partijiet tal-ġisem bħal moħħ, id, u qalb. Din xorta waħda kienet se tkun interessanti. Madankollu, għażilt li nanalizza żewġ verbi u żewġ nomi, minħabba li ħassejt li d-differenza fil-kategorija grammatikali tal-kelmiet tkun xi ħaġa ta’ interess akbar waqt li qed nistudja l-metafora. Għad m’hemmx studji fid-dettall dwar il-metafora kunċettwali fil-Malti, u din kienet ta’ sfida biex nidentifika l-metafori kunċettwali li ħarġu mill-analiżi. Kienet diffiċli biex nikkategorizza ċerti kunċetti, u mhux l-ewwel darba li kunċett insemmieh mod, u wara aktar riċerka nbiddel l-isem biex naddattah iktar mal-kunċetti l-oħra li jidħlu f’dik il-metafora speċifika.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Morphologyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Figures of speechen_GB
dc.subjectHorticulture -- Maltaen_GB
dc.titleIl-metafora kunċettwali fil-Malti : analiżi bil-korpus ta’ kliem mill-qasam tal-pjantien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Malta-
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Maltese-
dc.description.reviewedN/A-
dc.contributor.creatorDebono, Maria-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14BAMAL017.pdf
  Restricted Access
14BAMAL0172 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.