Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113114
Title: Erba' kwadri ġodda jirrappreżentaw l-opri tal-ħniena
Authors: Parish of St. George (Victoria, Malta)
Keywords: Collegiate Basilica of St. George (Victoria, Malta)
Painting -- Malta -- Victoria
Mercy in art
Corporal works of mercy in art
Farrugia, Manuel, 1987- . Opri tal-Ħniena (Victoria, Malta)
Issue Date: 2021
Publisher: Parroċċa ta' San Ġorġ, Għawdex
Citation: Parish of St. George (2021). Erba' kwadri ġodda jirrappreżentaw l-opri tal-ħniena. Il-Belt Victoria, 203, 6-8.
Abstract: Qabel il-jiem tal-Festa ta’ San Ġorġ f’Lulju twaħħlu erba’ pitturi ġodda fil-Bażilika Ġorġjana bħala parti mill-Proġett Fejn hu ħuk?. Manuel Farrugia, artist żagħżugħ Għawdxi, ġie kkumissjonat joħloq sett ta’ tmien pitturi – erbgħa tlestew issa u erbgħa oħra jitlestew is-sena d-dieħla – għall-pendenti taż-żewġ koppletti tan-nofs fin-navi tal-Bażilika, li jissimbolizzaw l-Opri korporali tal-Ħniena biż-żieda tal-aħħar waħda miżjuda ma’ dawk tradizzjonali fl-2016 mill-Papa Franġisku dwar l-ambjent. F’kull pittura, fiċ-ċentru tidher dejjem il-figura protagonista b’dija wara rasha, mhux għax hi qaddisa, iżda għax Ġesù jagħmel lilu nnifsu preżenti fiċ-ċkejknin u l-foqra ta’ żmienna. Jidhru mbagħad dejjem żewġ figuri oħra fuq il-lemin u fuq ix-xellug rispettivament: dik tal-komunità Nisranija, u l-figura tas-soċjetà. Minn dawn l-erba’ pittura tispikka dik tal-barrani, li l-fattizzi tiegħu huma ta’ Lassana Cisse, ir-raġel li fis-6 ta’ April 2019 inqatel kiesaħ u biered f’pajjiżna għal motivi razzjali.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113114
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCFAPai

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Erba kwadri ġodda jirrappreżentaw l-opri tal-ħniena_ BV203 2021.pdf307.66 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.