Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113428
Title: | L-użu ta’ artifatti u wirt kulturali intanġibbli fit-tagħlim tal-Malti fis-snin bikrin |
Authors: | Deguara, Miriam (2023) |
Keywords: | Maltese language -- Study and teaching (Early childhood) -- Malta Cultural property -- Study and teaching (Early childhood) -- Malta Symbolic interactionism |
Issue Date: | 2023 |
Citation: | Deguara, M. (2023). L-użu ta’ artifatti u wirt kulturali intanġibbli fit-tagħlim tal-Malti fis-snin bikrin (Master's dissertation). |
Abstract: | Il-kultura huwa kunċett vast li jiġbor fih elementi kumplessi li jinkludu t-twemmin, larti, il-valuri u d-drawwiet fost oħrajn li membri ta’ soċjetà partikolari jkunu ġabru u żviluppaw matul iż-żmien. It-teorija tal-Interazzjoniżmu Simboliku tipproponi li lkultura tintiseġ waqt interazzjonijiet soċjali tal-membri li jgħixu fi ħdanha. Waqt ilprattiki u rutini tal-ħajja ta’ kuljum jinħoloq wirt intanġibbli minn membri ta’ soċjetà partikolari. Mezz importanti biex din l-evidenza tgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra hija l-lingwa. Il-membri ta’ soċjetà jużaw il-lingwa biex jikkomunikaw u jaqsmu lesperjenzi tagħhom bejniethom (Bruner, 1983; Maybin, 2008; Vygotsky, 1978). Ir-riċerkatriċi, bħala għalliema, ma tistax twassal il-kultura lill-istudenti żgħar tagħha b’ebda mod ieħor għajr permezz tat-tagħlim. Kif diġà ntqal, meta l-lingwa hija tant importanti, ikun xieraq li r-riċerkatriċi twassal il-kultural Maltija lit-tfal permezz tattagħlim tal-lingwa Maltija. Hija ħolqot riżorsa-logħba msejsa fuq l-evidenza orali blgħan li ssaħħaħ il-ħiliet tal-litteriżmu speċjalment dawk tat-taħdit/tas-smigħ u tal-qari. Il-litteriżmu, bħala prattika soċjali, huwa meħtieġ biex membri tas-soċjetà jkunu jistgħu jiffunzjonaw tajjeb fil-ħajja ta’ kuljum fi ħdan il-kultura li tagħha huma membri. L-istudju sar permezz ta’ Azzjoni Waqt ir-Riċerka mal-klassi tal-ewwel sena talPrimarja li r-riċerkatriċi tgħallem. Id-data inġabret minn osservazzjonijiet, djarju ta’ riflessjoni, tpinġijiet tat-tfal u kummentarju tat-tfal. Saru wkoll intervisti ma’ sitt għalliema tas-Snin Bikrin biex ir-riċerkatriċi tistħarreġ kif l-għalliema jistinkaw biex isaħħu l-kontinwità bejn il-kultura tal-imgħoddi u dik tal-preżent. |
Description: | M.Ed.(Melit.) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113428 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2023 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
2319EDUEDU594905032178_1.PDF Restricted Access | 3.93 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.