Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113844
Title: Il-ħobż Malti : is-sengħa tal-furnar
Authors: Chiron, Hubert
Aquilina, Pawlu
Keywords: Bread industry -- Malta
Bakers -- Malta
Bread -- Malta
Bread -- Folklore
Issue Date: 1994
Publisher: Medigrain Limited
Citation: Chiron, H., & Aquilina, P. (1994). Il-ħobż Malti : is-sengħa tal-furnar. Malta: Medigrain Limited.
Abstract: F'kull pajjiż tad-dinja, f'kull ilsien, f'kull letteratura u f'bosta reliġjonijiet, il-kelmiet ħobż u qamħ għandhom stima speċjali. Il-kelma ħobż tinsab immortalizzata fit-talba tal-Missierna u, f'għamla jew oħra, tidher bil-bosta fil-Bibbja. Sa mill-aktar żminijiet imbiegħda, f'ħafna nħawi fid-dinja, il-kelma ħobż u kif isir il-ħobż kellhom sehem importanti ħafna fit-tradizzjonijiet tas-soċjetà, għal sekli sħaħ; sikwit ħallew l-impatt u l-influwenza tagħhom fuq xi ġrajjiet storiċi u żviluppi ekonomiċi. F'moħħi malajr ifiġġu żewġ eżempji : Il-Liġijiet tal-Qmuħ ( Corn Laws) fil-Gran Britannja fil-bidu tas-seklu dsatax u l-Irvellijiet tal-Ħobż tas-Sette Giugno f'Malta, fl-1919. Għalkemm it-tkabbir tal-Qamħ, it-tħin tiegħu fi dqiq u l-għamil tal-ħobż f'Malta jeħduna lura, bla dubju, għal mijiet ta' snin, jidher li ftit li xejn jinsabu dokumenti ta' dawn l-attivitajiet fil-kotba ta' l-istorja. Bħal ma nafu li ġara f'pajjiżi oħra fl-Ewropa, fejn l-oriġini u l-iżvilupp tas-sengħa ta' kif isir il-ħobż huma mdawrin · bi stejjer affaxxinanti, tradizzjonijiet u saħansitra superstizzjonijiet, żgur illi r-riċerki f'din il-ħidma u l-ġabra tagħhom fi storja tal-produzzjoni , u l-ipproċessar ta' qmuħ f'Malta, tkun togħġob ħafna lill-qarrejja.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113844
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCSSILL

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_ħobż_Malti_is_sengħa_tal_furnar_1994.pdf
  Restricted Access
6.56 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.