Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113880
Title: It-tbajja'
Authors: Mulvaney, Susan
Keywords: Cleaning -- Equipment and supplies
Spotting (Cleaning)
Housekeeping -- Malta
Issue Date: n.d.
Publisher: Pubblikazzjoni RTK
Citation: Mulvaney, S. (n.d.), It-tbajja'. Malta: Pubblikazzjoni RTK
Abstract: Fost il~ħafna mistoqsijiet li jsiruli, kemm meta nkun qiegħda nippreżenta l-programm "Bejnietna" fuq l-RTK kif ukoll wara li jintemm il-programm, huwa dwar it-tindif, id-dar, it-tbajja', it-tisjir. Għalhekk ħsibt li niġbor f'dan il-ktejjeb uħud minn dawn id-diffikultajiet u nittama li min jaqrahom isibhom ta użu. Matul il-karriera tiegħi ltqajt ma' individwi li huma verament iffittati fid-dar, saħansitra jaħslu z-zkuk tal-pjanti li għandhom u oħrajn li jgħidulek li ma jaħsbuhiex darbtejn biex igeddsu t-trab taħt it-tapit. La se ngħaddi ġudizzju fuq l-ewwel grupp u lanqas fuq it-tieni. Irridu nammettu li ħafna minna għandna wisq impenji biex nistgħu nżommu d-dar nadifa perfettàment sakemm ma nimpjegawx lil xi ħaddieħor biex jagħmel dan. Iżda bejn dik li taħsel iz-zkuk u dik li trekken it-trab hemm it-triq tan-nofs. Jekk fuq kollox it-tnejn iħossuhom kuntenti u sodisfatti ħadd ma jista' jiġġudikahom. Il-famuża triq· tan-nofs: Ftit tagħrif essenzjali dwar x'tuża u kif tużaha biex tnaddaf l-oġġett u ma tagħmillux ħsara. Verament fis-suq insibu varjetà li ma tispiċċa qatt ta' prodotti li jnaddfu u jneħħu t-tbajja'. Mill-banda l-oħra fid-dar insibu varjeta ta' kimika li tista' tgħinna nsibu t-triq tan-nofs. Biex insemmi ftit minnhom: il-pitrolju, l-ammonja, spirtu abjad l-acetone u t-terpentina. Li rrridu hu li nkunu nafu kif nużawhom. F'dan il-ktejjeb ġbart flimkien it-tagħrif li tintieġ biex tneħħi t-tbajja'. Importanti li tkuri taftajjeb liema prodo\ti jeħtieġ li jkollok fid-dar biex tista' tneħħi tebgħa malajr kemm jista' jkun u tkun taf ukoll dwar tbajja' komuni u kif jistgnu jitneħħew·. Tajt ukoll tagħrif dwar kif tieħu ħsieb il-ħwejjeġ u spjegazzjoni tas-simboli li nsibu fuq tikketti ta' ħwejjeġ li jinxtraw lesti. Isiru fejn isiru, it-tbajja' dejjem huma problema u għalhekk f'dan il-ktejjeb issib tagħrif dwar kif tista' tneħħihom minnfuq uċuħ differenti.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113880
Appears in Collections:Melitensia works - ERCTecHE

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
It-tbajja.pdf
  Restricted Access
5.87 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.