Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113882
Title: Dun Ġorġ Preca : f'unjoni kontemplattiva ma' Alla
Authors: Fsadni, Michael
Keywords: Preca, Ġorġ, Saint, 1880-1962
Catholic Church -- Malta -- Clergy
Issue Date: 1995
Publisher: Pubblikazzjoni Dumnikana
Citation: Fsadni, M. (1995). Dun Ġorġ Preca : f'unjoni kontemplattiva ma' Alla, Malta: Pubblikazzjoni Dumnikana
Abstract: L-għan ta' dan il-ktejjeb hu li jintwera fil-qosor l-istat ta' perfezzjoni spiritwali li l-qaddej ta' Alla, Dun Ġorġ Preca, irnexxielu jikseb; jiġifieri li f'ħajtu kien diġà f' għaqda intima mal-Ħallieq tiegħu. Tabilħaqq, dan jidher mit-tifsir li ngħata kif hu kien mogħni bl-unjoni kontemplattiva ma' Alla sa minn din id-dinja. Dwar l-istat kontemplattiv fit-twajjeb Dun Ġorġ Preca seta' jinkiteb ktieb wisq aktar twil; iżda, b'kitba qasira u meqjusa, kif inhu dan il-ktejjeb, jista' jintlaħaq aktar u aħjar l-għan li titnissel u tinxtered il-qima lejh fost kulħadd. Għalkemm is-suġġett ta' dan il-ktejjeb hu teoloġiku, iżda ġie mfisser b'mod li jifhmu kull min jaqrah, dejjem skond it-tħejjija li wieħed ikollu. F'kull min jaqrah u jixtarru bosta drabi għandha titnissel qima kbira lejn dan il-persunaġġ providenzjali li Alla bagħat lill-Maltin, kif ukoll lill-barranin, ħalli jdawwalhom bit-tagħlim nisrani. Dan hu l-Fundatur tal-M.U.S.E.U.M., Dun Ġorġ Preca.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113882
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCPPRChr

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Dun_Ġorġ_Preca_f_unjoni_kontemplattiva_ma_Alla_1995.pdf
  Restricted Access
3.08 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.