Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/114400
Title: Milani u l-attività fiżika fi żmienu u llum
Other Titles: Lorenzo Milani : bejn ilbieraħ u llum
Authors: Attard, Karl
Keywords: Milani, Lorenzo, 1923-1967 -- Biography
Milani, Lorenzo, 1923-1967 -- Criticism and interpretation
Milani, Lorenzo, 1923-1967 -- Influence
Issue Date: 2010
Publisher: Horizons
Citation: Attard, K. (2010). Milani u l-attività fiżika fi żmienu u llum. In C. Borg (Ed.), Lorenzo Milani: bejn ilbieraħ u llum (pp. 343-352). Ħal Qormi: Horizons.
Abstract: Milani kien jiżbel quddiem dak li kien iqis bħala l-loppju tal-poplu - forom differenti ta' divertiment li, skont hu, il-Knisja u l-Partit Komunista ta' żmienu kienu f'pika bejniethom min se jipprovdi l-aktar (Borg u Mayo, 2006). Fl-iskema edukattiva ta' Milani, id-divertiment, l-aktar dak ta' bixra passiva, huwa xkiel għall-formazzjoni taċ-ċittadinanza kritika u aljenazzjoni mill-bżonn urġenti li ċ-ċittadini jsiru konxji tal-oppressjonijiet li jiddefinixxu s-soċjetà u l-komunitajiet fejn jgħixu. F'Esperienze pastorali Milani argumenta li l-iskejjel huma l-fidwa tal-klassi tal-ħaddiema daqs kemm id-divertiment huwa r-rovina tagħhom. It-tama tiegħu kienet li ż-żgħażagħ jifhmu dan il-kuntrast u jiskjeraw ruħhom favur in-naħa l-ġusta. Fl-istess ktieb joħroġ kif sikwit kien iċanfar żgħażagħ, ulied il-ħaddiema, u jwissihom li t-tmasħin fuq il-ballun u l-Giro d'Italia, iċ-ċinema u tlegħiq fil-barijiet (uħud minnhom proprjetà tal-parroċċi jew tal-Partit Komunista) kienu għodda aljenanti li jżommuhom 'il bogħod mill-iskola u mill-attiviżmu politiku. Ma kinitx iddoqqlu d-diska li lill-poplu ttih dak li jrid. L-għalliema, skont Milani, mhumiex kummerċjanti li jiżfnu biss għad-daqq tal-klijenti, il-kosumaturi jew l-ispettaturi. Dejjem saħaq li l-edukaturi ġenwini u l-vera mexxejja tal-parroċċi huma dawk li jipproblematizzaw iċ-ċirklu u l-għors tal-poplu, għax filwaqt li l-istudju jħalli xi traċċi fil-mogħdija ta' żmien il-bniedem, mid-divertiment ma jibqa' xejn. Għal Milani, il-qawwa liberatorja tal-kritika għandha tiżboq kull vanità msejsa fuq il-popolarità.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/114400
ISBN: 9789995721077
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEduHPECS

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Milani_u_l_attività_fiżika_fi_żmienu_u_ilum.pdf
  Restricted Access
256.8 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.