Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/114488
Title: L-inkurnazzjoni tal-Madonna Ta' Pinu mill-Kardinal Alexis Henri Marie Lepicier : 75 anniversarju minn din il-ġrajja
Authors: Galea, Joseph
Keywords: Mary, Blessed Virgin, Saint -- Crowning of images -- Malta -- Għarb
Basilica of the Blessed Virgin of Ta’ Pinu (Għarb, Malta)
Mary, Blessed Virgin, Saint -- Devotion to -- Malta
Gonzi, Michael, Archbishop of Malta, 1885-1984
Lépicier, Alexis Henri Marie, 1863-1936 -- Travel -- Malta
Bonello, Vincenzo, 1891-1969
Ta’ Pinu, Our Lady of -- Cult -- Malta
Victoria (Malta) -- Religious life and customs
Pius XI, Pope, 1857-1939
Issue Date: 2010
Publisher: Għarb, Malta : Santwarju Ta' Pinu
Citation: Galea, J. (2010). L-inkurnazzjoni tal-Madonna Ta' Pinu mill-Kardinal Alexis Henri Marie Lepicier : 75 anniversarju minn din il-ġrajja. Madonna ta' Pinu : Sena XXXI, Vol. XII, Nru. 153, April-Ġunju 2010, 10-15
Abstract: Fis-6 ta' Frar tal-1933 l-Isqof t'Għawdex Monsinjur Mikiel Gonzi kiteb lill-Kardinal Ewġenju Pacelli, l-arċipriet tal-Bażilika tal-Vatikan biex il-Kapitlu ta' San Pietru jagħti l-permess sabiex ix-xbieha tal-Madonna Ta' Pinu tiġi nkurunata. Billi sentejn wara kien ser isir il-Konċilju Reġjonali ta' Malta u Għawdex l-Isqof Gonzi ħaseb li jkun xieraq kieku l-inkurunazzjoni tal-Madonna ssir mid-delegat tal-Papa fl-istess żmien. Fl-24 ta' Mejju 1933, l-isqof kiteb lil Monsinjur Giovanni Bressan segretarju tal-Kapitlu tal-Vatikan b' din il-proposta u l-Papa laqa' din it-talba. Il-funzjoni tal-Inkurunazzj oni saret wara nofsinhar tal-Ħamis 20 ta' Ġunju 1935, festa tal-Corpus Christi li dak iż-żmien kienet festa kkmandata u ma jsirx xogħol. Fis-7.30 ta' fil-għodu ta' din il-ġurnata, l-Kardinal tela' proċessjonalment mill-palazz tal-Isqof għall-katidral ta' Għawdex. Wara l-Għasar il-Kardinal akkumpanjat mill-isqfijiet tal-gżejjer Maltin, il-Kapitlu tal-Katidral u l-Kapitli tal-Kolleġjati ta' Għawdex flimkien ma ħafna qassisin u reliġjużi ħareġ mill-knisja f'purċissjoni qasira li ħaditu ħdejn il-planċier fejn kien hemm il-kwadru tal-Madonna. Il-Kardinal Legat tela' t-tarġiet ta' quddiem il-kwadru u kommoss għall-aħħar, poġġa l-kuruna fuq ras il-Madonna fost ċapċip u għajjat ta' ferħ ta' dawk preżenti li kien ilhom jistennew din l-okkażjoni s-snin.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/114488
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCPPRCD

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Inkurunazzjoni tal-Madonna ta' Pinu.pdf4.14 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.