Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/114732
Title: | L-ikel fi żmien ir-Randan : bejn devozzjoni u tradizzjoni |
Other Titles: | Il-Ġimgħa Mqaddsa. Wirt komuni li jgħaqqadna |
Authors: | Buttigieg, Noel |
Keywords: | Lent -- Malta Fasts and feasts -- Malta Food habits -- Religious aspects -- Christianity Spiritual life |
Issue Date: | 2023 |
Publisher: | Pubblikazzjoni tar-Reġjun Nofsinhar |
Citation: | Buttigieg, N. (2023) L-ikel fi żmien ir-Randan : bejn devozzjoni u tradizzjoni. In N. Buttigieg & G. Cassar (Eds.), Il-Ġimgħa Mqaddsa. Wirt komuni li jgħaqqadna (pp. 87-102). Malta: Pubblikazzjoni tar-Reġjun Nofsinhar. |
Abstract: | L-irwol tal-Knisja fis-soċjetà Maltija huwa wieħed importanti ħafna. Dan forsi kien aktar b’saħħtu fiż-żmien li qed nitkellmu fuqu hawn. F’perjodu meta l-edukazzjoni formali ma kinitx tingħata l-importanza li ġġorr illum, il-Knisja kienet sors importanti ta’ tagħlim. Tista’ tgħid li kollox kien marbut mar-ritmi tal-kalendarju tal-Knisja. Il-poplu kien jiftakar ċertu dati billi jirreferi għall-festa ta’ xi qaddis. Il-festa tar-raħal tibqa’ fiċ-ċentru tal-kultura popolari Maltija. Iz-zuntier tal-knisja kien spazju fejn jiltaqgħu n-nies. Fiż-żminijiet fejn il-mezzi ta’ komunikazzjoni ma kinux effettivi daqs tal-lum, l-aħbar kienet tinxtered mar-raħal minn fuq iz-zuntier. Il-qniepen tal-knisja kienu jirregolaw ir-ritmi tal-ġurnata; meta titlob, il-ħin li tiekol, il-waqt li tirritorna d-dar u x’ħin taħseb biex tmur torqod. Il-knisja, flimkien ma għaqdiet oħra fil-lokal, kienet tlibbes lir-raħal; mezz ta’ sfog soċjali li kien jagħti skop fil-ħajja tal-parruċċani. Il-kalendarju reliġjuż kien ukoll ifakkar mumenti ta’ riflessjoni profonda fuq il-ħajja temporali tal-bniedem, speċjalment fi preparazzjoni lejn il-festa tal-Għid il-Kbir. Ir-ritwal reliġjuż kien ukoll jiddetta r-ritmi kulinari. Kien hemm ikel ċelebrattiv, ikel tal-okkażjoni, normalment marbut ma’ xi rit tal-passaġġ bħal magħmudija jew żwieġ. Ikel ċelebrattiv kien ukoll marbut mal-festi reliġjużi bħall-Milied, l-Għid il-Kbir jew il-festa tar-raħal. Imma kien hemm ukoll ikel marbut ma’ ġranet ta’ sawm u astinenza. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/114732 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacEMATou |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
L-ikel fi żmien ir-Randan Bejn devozzjoni u tradizzjoni.pdf Restricted Access | 413.62 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.