Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/115534
Title: Ġorġ Pisani - il-poeta Għawdxi li għadu ħaj f'qalb l-Għawdxin
Authors: Pisani, Paul Ġorġ
Keywords: Pisani, Ġorġ, 1909-1999
Authors, Maltese -- 20th century -- Biography
Gozo (Malta) -- Biography
Pisani, Ġorġ, 1909-1999. Works. Selections
Issue Date: 2002-06
Publisher: Catholic Church. Diocese of Gozo (Malta)
Citation: Pisani, P. Ġ. (2002, July). Ġorġ Pisani - il-poeta Għawdxi li għadu ħaj f'qalb l-Għawdxin. Il-Ħajja f'Għawdex, 840, 26-28.
Abstract: B'tifkira ta' għeluq l-ewwel sena mit-twaqqif tal-mafkar monumentali lil Ġorġ Pisani, tlabna lil Dr Paul Ġorġ Pisani, iben il-poeta, biex jagħtina xi tagħrif bijografiku. Ġorġ Pisani twieled ir-Rabat, Għawdex, fis-sitta ta' Mejju 1909. Fl-adoloxxeza, Pisani ħass sejħa reliġjuża u beda n-novizzjat mal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini. Kien f'dan iż-'mien li huwa beda jikteb poe'iji bil-Malti fir-rivista tal-Franġiskani Kapuċċini "L-Immakulata". Wara li ħalla l-kunvent, Pisani beda l-karriera tiegġu ta' għalliem, u kien hawn li beda' jiġbor materjal għat-tagħlim tal-Malti. Fl-1935 huwa nħatar bħala l-ewwel surmast fil-Liċeo t'Għawdex u kien f'dan l-irwol li huwa introduċa l-istudju tal-Malti fis-Seminarju t'Għawdex. Waqt it-tieni gwerra dinjija huwa ġie mseħħaj jaħdem fid-Dipartiment tal-Informazzjoni. Dan ix-xogħol kompla jagħmlu wara l-gwerra filwaqt li reġa beda jgħallem. Il-kitba tal-poeżija u l-proża ta' Ġorġ Pisani malajr ġibdet l-attenzjoni ta' l-istudjużi Maltin ta' dik il-ħabta, fosthom Dun Karm, Sir Temi Zammit, il-Professur Monsinjur Pietro Pawl Saydon, u l-Professur Patri Anastasju Cuschieri. Huwa ppublika tmien kotba ta' peożiji, żewġ rumanzi, u anki żewġ ġabriet ta' leġġendi Għawdxin.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/115534
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCL&LMlt



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.