Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/115745
Title: Il-qanpiena l-antika tal-Knisja Parrokkjali ta' l-Imqabba 1788-1789
Authors: Lia, Carmen
Keywords: Church bells -- Malta -- Mqabba -- History
Parish Church of the Assumption (Mqabba, Malta) -- History
Church bells -- Inscriptions -- Malta -- Mqabba
Triganza (Firm) -- History
Bell founders -- Malta -- History
Caraffa, Aloisio Bartolomeo, c. 1750-1832
Issue Date: 1994
Publisher: Mqabba : Soċjeta` Mużikali Madonna tal-Ġilju
Citation: Lia, C. (1994). Il-qanpiena l-antika tal-Knisja Parrokkjali ta' l-Imqabba 1788-1789. [Madonna tal-Ġilju], Mqabba, 1994, 59-65.
Abstract: Nistgħu ngħidu Ii lIum fil-Gżejjer Maltin is-sengħa ta' brunżar li jfondi qniepen kbar għall-knejjes spiċċat għal kollox. Fil-passat, pero, kellna bosta mgħallmin fil-metalli. Dawn kienu jaħdmu u jipprattikaw is-sengħa tagħhom fi żmien iI-Kavallieri u damu sa I-ewwel żminijiet ta' I-Ingliżi f'Malta. FiI-bidu ta' dan is-seklu kien għad baqa' xi wieħed jew tnejn. Fost il-ħafna brunżara Maltin li fil-passat għamlu opri kbar li baqgħu jissemmew insibu IiI Ferdinandu Bastjan Scotta (ew Leotta), Gużepp Grech, Pawlu Farrugia, Gużeppi Triganza u wliedu Gwakkin u Franġisku, Salvu Cauchi u ibnu Gulju u Gio Anton Tanti li minbarra li kien brunżar kien ukoll arloġġar. II-Knisja Parrokkjali ta' I-Imqabba tlestiet fl-1689 u għandha kampnar wieħed biss mibni fil-ġenb tagħha. II-kampnar hu mżejjen b'seba' qniepen. L-eqdem qanpiena fil-kampnar li nafu dwarha saret fl-1789 u hija magħrufa bħala "I-Antika". Din għadna nsibuha fil-kampnar imdendla fl-arkata li tħares lejn Triq iI-Parrocca. Hija t-tieni I-ikbar qanpiena fl-Imqabba u saret fil-funderija tal-Imgħallmin Gwakkin u Franġisku, aħwa Triganza. Il-Kappillan Dun Alwig Bartilmew Caraffa, iI-Prokuraturi tal-Knisja u I-abitanti tal-Imqabba ftehmu u ghażlu din il-fonderija. F'dan l-artiklu nsibu kopja tal-kuntratt tax-xiri tal-qanpiena li sar f'Settembru 1789. Insibu ukoll ftit informazzjoni fuq iI-Kappillan Dun Alwiġ Bartilmew Caraffa, Ii fi żmienu saret iI-qanpiena "I-Antika", serva fl-Imqabba mit-22 t'Ottubru 1787 sal-25 t'April 1802.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/115745
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCASHArc

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-qanbiena l-antika.pdf782.39 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.