Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/116511
Title: Prof. P. Anastasju Cuschieri, O. Carm.
Other Titles: Kitbiet Miġbura I - Poeżiji
Authors: Camilleri, Charló
Cortis, Toni
Keywords: Cuschieri, Anastasio, 1876-1962
Poets, Maltese -- 20th century
Carmelites -- Malta -- Biography
Maltese poetry -- Malta
Issue Date: 2013
Publisher: Provinċja Karmelitana Maltija
Citation: Camilleri, C., & Cortis, T. (Eds.). (2013). Prof. P. Anastasju Cuschieri, O. Carm. : Kitbiet Miġbura I - Poeżiji. Malta : Prof. P. Anastasju Cuschieri, O. Carm.
Abstract: Patri Anastasju Cuschieri twieled il-Belt Valletta, fil-parroċċa ta' San Duminku, nhar is-27 ta' Jannar 1876, u tlett'ijiem wara għamrnduh bl-isem ta' Pawlu. Meta temm l-iskola elementari u liċeali, Cuschieri ħaddan l-Ordni Karmelitan nhar il-25 ta' April 1891 u sena wara għamel il-Professjoni Reliġjuża nhar it-28 ta' Awissu 1892. Cuschieri ntbagħat Ruma biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija fl-Università Gregorjana. FI-1902 illawrja tal-filosofija u lura Malta, f'dik l-istess sena, intgħażel minn fost oħrajn bjex jimla' l-kattedra tal-filosofija fl-Università Rjali ta' Malta. Huwa ntagħżel għal din il-kariga kemm minħabba l-għerf tiegħu, kif ukoll għax kien l-uniku wieħed li kellu l-ħila jgħallem il-filosofija bl-Ingliż jekk tinqala' l-ħtieġa. Huwa żamm din il-kattedra għal tmienja u tletin sena, jiġifieri sas-sena 1939. Bħala professur għaddew minn taħt idejh ħafna żgħażagħ, li wħud minnhom għamlu isem fi gżiritna. Id-dehen ta' dal-poeta Karmelitan, imħallat mal-mod ħlejju ta' kif jgħallem, malajr mela l-qlub tal-istudenti tiegħu b'dik il-ġibda kbira li għadha miftakra sal-lum. Tagħlimu mhux talli ma baqax biss fi'gżiritna iżda sab ruħu mitbugħ fir-Rivista di Filosofia Neo-Scolastica ta' Milan u f'rivisti oħra internazzjonali. Għal darbtejn, Cuschieri, ġie elett Provinċjal tal-Ordni Karmelitan mill-1906 sa 1-1910, u mill-1913 sa 1-1916. Huwa serva lil pajjiżna wkoll bħala politiku meta ġie elett Senatur mal-Gvern Nazzjonalista biex jirrappreżenta l-gradwati Universitarji, fl-ewwel u t-tieni leġislatura tal-1927 u 1-1932. Cuschieri kien ukoll ċensur teoloġiku għad-Djoċesi, eżaminatur tal-istudenti fl-eżamijiet tat-Taljan u wkol eżaminatur talkjeriċi għall-għoti tal-Ordinjiet minuri u maġġuri. Cuschieri huwa magħruf l-aktar bħala l-poeta li ħadd bħalu fl-istorja letterarja ta' Malta qatt għanna l-ġmiel tal-ilsien Malti u t-tifħir lil Marija. Huwa baqa' magħruf bħala l-Poeta tal-Madonna u tal-Kelma Maltija. Temi oħra importanti fil-kitba tiegħu huma l-problema estetika u wkoll is-sensibilita soċjali. Huwa miet nhar l-Erbgħa 25 ta' Lulju 1962 imdawwar mill-patrijiet sħabu. Dan l-ewwel volum tal-kitbiet jiġbor f'edizzjoni kritika l-poeżiji Maltin u Taljani ta P. Anastasju Cuschieri.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/116511
ISBN: 9789995703295
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheMT

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Prof_P_Anastasju_Cuschieri_O_Carm(2013).pdf111.26 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.