Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/117044
Title: Il-bejgħ tad-deheb tal-wegħdi tas-Santwarju
Authors: Muscat, Jimmy
Keywords: National Shrine of Our Lady of Mellieħa (Mellieħa, Malta) -- History
Grotto of Our Lady of Mellieħa (Mellieħa, Malta) -- History
Ex-votos -- Malta -- Mellieħa -- History
Pilgrims and pilgrimages -- Malta -- Mellieħa -- History
Votive offerings -- Malta -- Mellieħa -- History
Christian pilgrims and pilgrimages -- Malta -- Mellieħa -- History
Gold -- Religious aspects -- Christianity
Selling -- Gold
Parish Church of the Nativity of Mary (Mellieħa, Malta) -- History
Parish Church of the Nativity of Mary (Mellieħa, Malta) -- Finance
Issue Date: 2009
Publisher: Mellieħa : Parroċċa Marija Bambina
Citation: Muscat, J. (2009). Il-bejgħ tad-deheb tal-wegħdi tas-Santwarju. Festa Marija Bambina, Mellieħa, 2009, 68-71.
Abstract: Sa mill-qedem nett il-bniedem kien iżomm u jgħożż id-deheb bħala xi haġa superjuri, ta' valur, ta' stima kbira, ta' xi ħaġa rjali, u għalhekk ħafna pellegrini, fqar u għonja, kienu jagħtu dik ix-xi ħaġa tad-deheb, kultant unika għalihom, lill-Verġni Marija bħala rigal biex juruha mħabbithom fir-radd ta' ħajr tagħhom. Lill-Madonna tal-Mellieħa kienu jagħtuha minn kull kwalità ta' deheb maħdum fi ċrieket, ġiżirajjen, barbazzali, labar, imsielet, kullani, slaleb u oġġetti oħra. Naturalment, il-kappillan, rettur, prokuratur jew sagristan Ii kienu jirċievu dawn l-oġġetti tad-deheb kienu jiktbuhom fil-ktieb tar-rigali mogħtija lill-Madonna u ħdejn kull oġġett kien jinkiteb l-isem ta' min ikun ta dak l-oġġett kif ukoll id-data u kultant tifsira qasira tal-oġġett innifsu. Naraw xi ftit eżempji minn dawn l-għotjiet Ii kienu jsiru lill-Madonna tal-Mellieħa u x'sar minnhom dawn l-oġġetti kollha, l-iżjed tad-deheb, Ii nġabru matul is-snin. Dan l-artiklu jirreferi għall-manuskritt wieħed biss ta' bejn is-snin 1831 u 1842 Ii jagħtina tagħrif dwar dan, għalkemm hemm aktar manuskritti fis-snin ta' qabel u ta' wara Ii juru bejgħ ta' oġġetti tad-deheb mogħtija lill-Madonna. Fih hemm miġburin 17-il irċevuta ta' bejgħ ta' deheb fi żmien l-amministrazzjoni tal-Kappillan Dun Franġisk Maria Magri.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/117044
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCPPRChr

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-Bejgħ tad-deheb tal-wegħdi.pdf887.1 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.