Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/117495
Title: Nagħmlu festa : l-ewwel mitt sena ta' ħidma tal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri
Authors: Bugeja, Joseph A.
Keywords: Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri (Qormi, Malta) -- History
Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri (Qormi, Malta) -- Centennial celebrations, etc.
Parish Church of St. George (Qormi, Malta)
Parish of St. George (Qormi, Malta)
Feast of St. George -- Malta -- Qormi
Feasts, Religious -- Malta -- Qormi
Qormi (Malta) -- History
Issue Date: 2019
Publisher: Qormi : Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri
Citation: Bugeja, J.A. (2019). Nagħmlu festa : l-ewwel mitt sena ta' ħidma tal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri. Qormi : Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri
Abstract: Dan il-ktieb li għandna f ’idejna, mhux sempliċiment rakkont ta’ ġrajjiet li għadda minnhom il-Kumitat Festi Esterni fil-parroċċa ta’ San Ġorġ Martri f ’Ħal Qormi. Dan il-ktieb huwa xhieda tal-imħabba u d-devozzjoni li l-poplu ta’ Ħal Qormi kellu u għad għandu lejn il-Kbir Qaddis Martri San Ġorġ. Dawn il-mitt sena huma xhieda ta’ impenn minn tant nies li offrew l-ħin u l-ħila tagħhom, biex il-Belt Pinto titlibbes l-isbaħ libsa fil-ġranet tal-festa tal-patrun tagħha San Ġorġ. Aħna u nħarsu lura lejn dawn il-mitt sena, nimtlew ukoll bil-kuraġġ għall-ġejjieni. Tul dawn is-snin l-Kumitat għadda minn kull tip ta’ sitwazzjoni, imma minkejja kollox, bit-tħabrik talmembri, baqa’ dejjem għaddej sal-ġurnata tal-lum. Huwa dan l-impenn li ma jaqtalniex qalbna, minkejja xi diffikultajiet li nistgħu niltaqgħu magħhom. Il-ħeġġa ta’ tant żgħażagħ li joffru l-ħin, l-impenn u t-talent tagħhom fi ħdan dan il-Kumitat, żgur li ser jżomm lil dan il-Kumitat għaddej. B’dan il-ktieb, nixtiequ nroddu ħajr lil dak kollha li ħadmu matul dawn il-mitt sena u li permezz tagħhom illum aħna nistgħu ngawdu dan il-patrimonju. Inrodd ħajr ukoll lill-membri preżenti li minkejja l-ħafna impenji tal-ħajja, isibu l-ħin ukoll biex jagħtu s-sehem tagħhom fi ħdan il-Kumitat b’risq il-festa ta’ San Ġorġ. Aħna u naqraw dawn il-paġni talistorja, nittamaw ukoll li ħafna oħrajn jitħeġġu u jingħaqdu magħna biex jagħtu s-sehem tagħhom. Nawguraw li dawk li ġejjin warajna jkollhom iċ-ċans li bħalna jgawdu dan il-patrimonju u jgħadduh huma wkoll lil ta’ warajhom.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/117495
ISBN: 9789995714734
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCSSS

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Naghmlu Festa 2019.pdf125.59 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.