Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118042
Title: | Mill-Arkivji : Programme 4 : Mevrick Spiteri |
Authors: | D'Anastas, Noel Spiteri, Mevrick |
Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Spiteri, Mevrick, 1985- Historians -- Malta National Archives of Malta (Rabat, Malta) Valletta (Malta) -- Buildings, structures, etc. Valletta (Malta) -- History Leggi e Costituzioni Prammaticali (Malta), 1724 Vilhena Code, 1724 Vilhena, Antonio Manoel de, 1663-1736 Law -- Malta -- History -- 18th century Property -- Malta -- History -- 18th century Cities and towns -- Malta -- History -- 18th century |
Issue Date: | 2022-10-30 |
Citation: | D'Anastas, N. & Spiteri, M. (2022, October 30). Mill-Arkivji : Programme 4 : Mevrick Spiteri [Radio broadcast]. NET FM |
Abstract: | FIl-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-30 ta’ Ottubru 2022 ħa nsiru nafu dwar ir-riċerka li għamel Mevrick Spiteri. L-istudju tiegħu jiffoka fuq l-ispazzji urbani u l-pajsaġġ storiku, speċjalment dak tal-Belt Valletta. Ftit tax-xhur ilu ppubblika t-teżi tal-Maġisteru tiegħu fl-istudji tal-Barokk mill-Università ta’ Malta bl-isem ta’ ‘The Houses of Baroque Valletta 1650-1750’ (Midsea Books) propju studju mehud mid-dokumenti tal-Ufficio delle Case (Officium Commissariarum Domorum u l-Officium Causarum Delegatorum et Domorum) li jinsabu fl-Arkivju Nazzjonali flimkien ma’ dokumenti oħra f’arkivji oħra. Mevrick li għex tfulitu man-nanniet fil-Belt kellu l-opportunità li jdur it-toroq u jifli l-irkejjen li hemm. X’effett ħalla l-kodiċi ta’ Vilhena rigward il-propjeta u l-kostruzzjoni? Kif kien l-operat tal-bini fis-seklu 18? Mevrick ħa jgħidilna kif kien l-aspett sanitarji, is-sistemi tal-kanali tal-ilma u ċ-ċisterni. Kif kienet il-Belt fis-seklu 18, il-popolazzjoni, djar u toroq? Fejn qedgħin id-Due Balle, l-Arċipierku u l-Mandraġġ? X’kien il-perito agrimensur? Min kien Mario Pullicino u ċertu Clemente Zahra minn Ħaż-Żabbar? Jgħidilna dwar il-kontribut li ta Giacomo Bianco li flimkien ma’ Domenico Cachia bnew il-Berġa ta’ Kastilja. Min kienu l-capomastri u l-muratori ta’ dawk iż-żminijiet? Mevrick Spiteri jgħarrafna kif il-benneja u l-periti-agrimensuri kienu jġibu l-liċenzja. Isemmi diversi każijiet interessanti li spiċċaw quddiem it-tribunal tal-Ufficio delle Case dwar irregolaritajiet li saru fil-bini jew fl-alterazzjonijiet, fosthom il-każ ta’ Domenico Magro f’binja fi Triq San Pawl il-Belt. |
Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118042 |
Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Mill-ArkivjI 04 Mevrick Spiteri edited 30 OCTOBER 2022.mp3 | 54.7 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.