Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118048
Title: Mill-Arkivji : Programme 3 : Michael Buhagiar
Authors: D'Anastas, Noel
Buhagiar, Michael
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Buhagiar, Michael, 1983-
Żabbar (Malta) -- History
Żabbar Sanctuary Museum (Żabbar, Malta)
Church records and registers -- Malta -- Żabbar
Parish Church of Our Lady of Graces (Żabbar, Malta) -- Archives
Hill Museum and Manuscript Library
Archival materials -- Digitization -- Malta -- Żabbar
Issue Date: 2022-10-23
Citation: D'Anastas, N. & Buhagiar, M. (2022, October 23). Mill-Arkivji : Programme 3 : Michael Buhagiar [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-23 t'Ottubru 2022 se jkun persuna li jħobb l-istorja tar-raħal tiegħu, Ħaż-Żabbar. Dan huwa Michael Buhagiar. Bla dubju, il-Mużew tal-parroċċa kif ukoll l-arkivju huma wisq għal qalb Michael. Ilu jinnamra ma’ dan l-arkivju għal dawn l-aħħar 10 snin. Is-sena l-oħra gradwa fl-istudji arkivistiċi u t-teżi tiegħu ħadimha propja fuq il-materjal li sab fl-arkivju tal-parroċċa. Iġġib l-isem ta’ ‘The Zabbar Parish Archive and its Importance to Social History’. Michael ħa jirrakonta dwar il-persuni li ħadmu f’dan l-arkivju, fosthom Karmenu Bonavia u Ġużeppi Theuma li t-tnejn ħallewna ftit tas-snin ilu. Ħa jġib il-memorji tal-kontribut li ta l-kappillan Joseph Zarb (ex-arċipriet tal-Kattidral) b’risq Ħaż-Żabbar mhux biss fit-twelid tal-pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi, iżda wkoll fil-preservazzjoni tal-arkivju u t-twaqqif tal-Mużew. Michael ħa jispjega fid-dettall dwar it-taqsim tal-arkivji, sew dak l-antik li llum mhux fl-użu, kif ukoll dak li l-kappillan jikteb fir-reġistri tal-magħmudiji, żwiġijiet u mwiet. Meta ġiet irreġistrata l-ewwel magħmudija f’Ħaż-Żabbar? X’importanza kellu l-Konċilju ta’ Trentu fil-kompilazzjoni ta’ din id-dokumentazzjoni? Ħa nisimgħu tagħrif dwar ir-reġistri tal-‘Conti’ tal-fratellanzi, kif ukoll dak li nkiteb matul iż-żmien fir-reġistri tal-‘Veneranda Lampada’. X’inhuma dawn ir-reġistri? X’inhuma l-‘Legati’? Ħa jsemmi wkoll l-importanza tal-i’Status Animarum’. X’inhuma l-‘Contumaci’? Michael ħa jagħti wkoll tagħrif dwar il-qagħda tal-arkivju kif ukoll il-progress li sar fil-preservazzjoni. Il-proġett tal-Hill Museum and Manuscript Library (HMML) ta’ Minnesota f’dak li huwa microfilming u digitization ta’ bosta reġistri jgħin biex din id-dokumentazzjoni mhux biss tkun preservata iżda wkoll aċċessata permess tal-internet.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118048
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 03 Michael Buhagiar edited 23 OCTOBER 2022.mp354.94 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.