Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118049
Title: Mill-Arkivji : Programme 6 : Janice Caruana
Authors: D'Anastas, Noel
Caruana, Janice
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Caruana, Janice
National Archives of Malta (Rabat, Malta)
Church records and registers -- Malta
Midwifery -- Malta -- History
Midwives -- Malta -- History
Childbirth -- Malta -- History
Adoption -- Malta -- History
Issue Date: 2022-11-13
Citation: D'Anastas, N. & Caruana, J. (2022, November 13). Mill-Arkivji : Programme 6 : Janice Caruana [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-13 ta’ Novembru 2022 se niltaqgħu ma’ Janice Caruana, infermiera u psikoterapista li rriċerkat bosta sorsi għall-pubblikazzjoni tagħha l-‘Majjistra u t-Twelid fil-Kommunita Maltija fis-Seklu 20’. Barra l-ħafna dokumenti li rat fl-Arkivju Nazzjonali u fl-uffiċji parrokkjali, Janice intervistat bosta qwiebel li ħadmu fil-kommunita. Janice Caruana ħa tgħid x’wassal biex bdiet tirriċerka dan il-qasam. L-esperjenzi meta kienet taħdem fl-emerġenza u fl-ambulanzi wassalha biex tifhem aktar meta mara jkollha bżonn teħles b’mod urġenti ‘l hemm mill-isptar. Janice tiffoka fuq il-majjistra fil-kommunità, riċerka li tmur lura minn dokumenti tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu l-ieħor. Iġġib il-memorja tas-xelters meta l-ħlas kien isir hemm waqt li l-bombi tal-għadu neżlin fuqna. Din il-kamra apposta kienet tkun il-bogħod mill-komun biex ħadd ma jisma’ u lanqas jara. Kien ikollha l-madum u xi għamara. Għalfejn kienet tintuża l-għorfa u l-alkova? Min kienu dawn il-majjistri li ħadmu fil-kommunità? Kemm kienu u fejn l-aktar li kienu? Kien hawn majjistri barranin? Kien hemm differenza għall-majjistra li qed taħdem f’raħal jew Belt? Min kien jassisti l-prostituti ta’ Strada Stretta fil-ħlas tagħhom? Min kienu Ġuża Portelli, Dolores Sapiano u Maria Bongailas? Janice issemmi diversi rakkonti, fosthom meta Ġuża tar-Rabat telgħat fil-jeep tas-suldati u niżluha fl-irdum ta’ Ħad-Dingli. Dolores Sapiano kienet tmur b’karettun u jwassluha fejn hemm bżonn. Tirrakonta kif darba marru għal waħda minn dawn il-majjistri u b’għajnejha magħluqa ħaduha fuq il-post biex tassisti ħlas. Għalfejn? Tirrakonta stejjer dwar kif trabi kienu jkunu addottati eżatt mal-ħlas bil-persuna li ħa taddotta kienet tagħmel imħadda biex il-ġirien jaħsbu li t-tarbija hija tagħha. X’kien il-pożizzjoni tar-raġel fil-ħlas? X’kien ikun fih il-basket tal-majjistra? Janice issemmi r-reġistri tal-majjistri, id-djarji tagħhom u r-reġistrazzjoni tal-‘missier mhux magħruf’. Semmiet id-diffikultajiet li sabet f’din ir-riċerka.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118049
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 06 Janice Caruana 13 NOVEMBER 2022.mp399.38 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.