Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118559
Title: Mill-Arkivji : Programme 7 : Sergio Grech
Authors: D'Anastas, Noel
Grech, Sergio
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Grech, Sergio, 1975-
Gonzi, Michael, Archbishop of Malta, 1885-1984
Malta -- Politics and government -- History -- 20th century
Malta -- History -- Interdett, 1961-1969
Issue Date: 2022-11-20
Citation: D'Anastas, N. & Grech, S. (2022, November 20). Mill-Arkivji : Programme 7 : Sergio Grech [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-20 ta’ Novembru 2022 ħa niltaqgħu ma’ Sergio Grech li se jkellimna dwar ir-riċerka li għamel għad-dottorat tiegħu fit-teżi ‘Archibishop Gonzi in a Changing Malta’. Dr Sergio Grech ħa jittrata lill-Arċisqof Gonzi fis-soċjetà Maltija sew ta’ qabel il-gwerra meta kien senatur fl-Assemblea Leġislattiva mal-Partit Laburista, u wara Isqof ta’ Għawdex. Fl-1944 jilħaqq Arċisqof ta’ Malta fiż-żmien meta Malta kienet bilmod qed tqum mit-tħarbit tal-Gwerra. L-intervista hija waħda eċċitanti għax mhux fuq l-interdett biss, jew il-Konċilju. Ħa nisimgħu kif Dun Karm Psaila kien għalliem tiegħu l-Università u għala kien ordna qassis erba’ snin qabel spiċċa l-kors. Gonzi ma riedtx jidħol fil-politika. Iżda kif daħal fil-politika u min ħajru? Sergio jgħid hekk: “Kien Laburist fid-dawl tar-Rerum Novarum, li kienet tieħu pożizzjoni kontra s-Soċjaliżmu u l-Kommuniżmu”. Darba Gonzi qal, “Ħadd daqsi ma jħobb il-ħaddiem”. Kienet stqarrija politika tal-mument. Għala l-Ingliżi ma riduħx li jkun Arċisqof ta’ Malta iżda ħarsu lejn Patri Serafin Zarb? Għala Gonzi kien jibża mill-Integration u l-Indipendenza? Kif kienet il-ġlieda fil-bidu tas-sittinijiet fil-kwistjoni politika-reliġjuża, iż-żgħażagħ ta’ taħt l-Umbrella, is-sitt punti, l-interdett u dfin fil-miżbla? Kien konvinċenti li jdaħħal il-Konċilju Vatikan II? Kien xettiku fuq ħafna affarijiet, inkluż id-daqq tal-kitarri fil-quddies. X’kien il-kontribut tal-Isqof Awżiljarju Mons. Emmanuele Galea taż-Żejtun u Dottor Herbert Ganado, il-‘Piccolo Prete’ fil-ħajja tal-Arċisqof Gonzi? Nitkellmu dwar l-aspett morali, il-mixed youth clubs u l-kundanna tar-Rock’n Roll. Sergio Grech jgħidilna kif kienet din ir-riċerka fl-Arkivju tal-Arċiveskovili fil-Furjana, l-Arkivju tas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan u l-Arkivju Nazzjonali fl-Ingilterra u f’Malta. X’kontribut insibu fid-dokumentazzjoni li fih l-Arkivju ta’ Mons Ligetti fl-Amerika? Il-Visti u l-Ittri Pastorali, iċ-Ċirkularijiet u dokumenti oħra interessanti li jitfgħu dawl fuq il-Veskovat tal-Arċisqof Gonzi. Sergio jistqarr li dan kien “Veskovat Soċjali ħafna”. B’dan kollu, Gonzi kien magħruf li kellhu jdejh magħluqa u li tixgħel heater fil-Kurja kien iffisser sparpaljar ta’ flus.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118559
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 07 Sergio Grech edited 20 NOVEMBER 2022.mp386.42 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.