Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118707
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2024-02-15T10:33:08Z-
dc.date.available2024-02-15T10:33:08Z-
dc.date.issued2022-12-11-
dc.identifier.citationD'Anastas, N. & Fiott, L. (2022, December 11). Mill-Arkivji : Programme 10 : Louise Fiott [Radio broadcast]. NET FMen_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118707-
dc.descriptionProduzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FMen_GB
dc.description.abstractFil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-11 ta’ Diċembru 2022, se niltaqgħu mal-għalliema Louise Fiott li se tgħidilna kif għamlet ir-riċerka tagħha għall-maġisteru fl-Istudji Mediterranji fl-Università ta’ Malta, riċerka ffukata fuq l-iskjavi femminili fil-Mediterran fis-seklu 18 b’mod partikolari f’Malta. Ir-riċerka tagħha ħaditha fl-Arkivju Notarili fl-Atti tan-Nutar Domenico Chircop tal-ewwel nofs tas-seklu 18 li kien jaħdem ħafna mal-Ordni, kif ukoll fil-fond tat-Tribunal tal-Armamenti li jinsab fl-Arkivju Nazzjonali (fis-sezzjoni tal-Qrati u Tribunali fl-Imdina).Barra dawn, ikkonċentrat fuq l-iStatus Animarum tal-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt. Louise Fiott tgħid li kien hawn ħafna skjavi nisa fil-Belt tant li f’kull tmien familji kien ikun hemm skjava mara. Jidher li kien hawn aktar skjavi nisa minn irġiel, ta’ kull eta, anke tfal żgħar. Fil-fatt, in-Nutar Vincenzo Marchese fl-eta ta’ 70 sena kellu tifla skjava ta’ sentejn. Fit-Tribunal tal-Armamenti hemm dokumentat listi ta’ skjavi. Kif kien ivarja l-prezz tagħhom bejn skjavi żgħar u sbieħ għal dawk xjuħ u skaduti? Kif kienet tkun il-ħidma tagħhom matul il-jum? Minn fejn kienu jinqabdu jew jinxtraw? Fl-atti tan-nutara ssib dokumentazzjoni ta’ xiri ta’ skjavi “daqs propjetà oħra”. Għala kienu jinħelsu u oħrajn le? Min kienet il-‘libertina’ Rosa di Antonelli? Fiott tgħid li l-kelma ‘libertina’ mil-latin tfisser skjava meħlusa. Fl-inventarju twil fit-testment li ħalliet Rosa di Antonelli fl-atti tan-Nutar Gaspare Chircop joħroġ ċar kemm din kienet sinjura. Jidher li Rosa di Antonelli fl-aħħar ta’ ħajjitha kienet spiċċat biżokka mal-Ordni tad-Dumnikani. Kien hemm skjavi nisa fl-irħula? Fl-Imqabba kien hemm waħda li oriġinarjament kienet toqgħod il-Belt li wara żżewwġet lil ċertu Francesco Calafato mill-Imqabba. Rosa Diana minn Ħaż-Żabbar kienet tgħarset lil Michele, skjav ukoll. Lucrezia Dragunelli, sid Rosa Diana kienet tat dota b’tant valur, saħansitra għamlitilha assigurazzjoni. Kif kienet l-istorja tal-iskjava fil-familja Barbaro? Kif jidhru l-iskjavi nisa fil-pittura tal-artist Antoine de Favray?en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectMill-Arkivji (Radio program)en_GB
dc.subjectDocumentary radio programs -- Malta -- 21st centuryen_GB
dc.subjectArchives -- Maltaen_GB
dc.subjectMalta -- History -- Sourcesen_GB
dc.subjectMalta -- Archival resourcesen_GB
dc.subjectFiott, Louiseen_GB
dc.subjectMalta -- History -- Knights of Malta, 1530-1798en_GB
dc.subjectSlavery -- Malta -- History -- 18th centuryen_GB
dc.subjectEnslaved women -- Malta -- History -- 18th centuryen_GB
dc.subjectEnslaved children -- Malta -- History -- 18th centuryen_GB
dc.subjectNotarial Archives (Valletta, Malta)en_GB
dc.subjectFreed persons -- Malta -- History -- 18th centuryen_GB
dc.titleMill-Arkivji : Programme 10 : Louise Fiotten_GB
dc.typerecordingOralen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorD'Anastas, Noel-
dc.contributor.creatorFiott, Louise-
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 10 Louise Fiott edited 11 DECEMBER 2022.mp3102.04 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.