Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119042
Title: | Nota qasira dwar l-actio spolii u l-actio manutentionis |
Authors: | Musumeci, Robert |
Keywords: | Law -- Malta Civil law -- Malta Possession (Law) -- Malta |
Issue Date: | 2023 |
Citation: | Musumeci, R. (2023). Nota qasira dwar l-actio spolii u l-actio manutentionis. https://robertmusumeci.com/publications |
Abstract: | L- Actio Spolii L-Artikolu 535 tal-Kap 16 jgħid hekk: “(1) Jekk persuna tiġi, bil-vjolenza jew bil-moħbi, mneżżgħa mill-pussess, ta’ liema xorta jkun, jew mid-detenzjoni ta’ ħaġa mobbli jew immobbli, hija tista’, fi żmien xahrejn mill- ispoll, titlob, b’azzjoni kontra l-awtur tal-ispoll, li terġa’ tiġi mqiegħda f’dak il-pussess jew f’dik id detenzjoni, kif jingħad fl- artikolu 791 tal- Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. (2) Dan it-tqegħid mill-ġdid fil-pussess jiġi ordnat mill-qorti, wkoll jekk il-konvenut ikun is-sid tal-ħaġa li tagħha l-attur ikun bata l-ispoll.” Din l-azzjoni ta' spoll hija konċepita bħala azzjoni rapida u effikaċi għall-iskop li ma tħalli lil ħadd jiddisturba 'stat ta' fatt' arbitrarjament u hija ntiża “unikament biex iġġiegħel lill-konvenut li jerġa' jqiegħed il-ħaġa fl-istat li kienet qabel ma ddisturbaha u daqshekk biss" kif jgħid bl-aktar mod car l-Artikolu 791(1) tal-Kap. 121 li sfortunatament jiġi ħafna drabi injorat. Din l-azzjoni hija bażata fuq tliet elementi: 1. Il-pussess; 2. It-teħid tiegħu b'għemil tal-imħarrek; u 3. Li l-azzjoni nbdiet fi żmien xahrejn. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119042 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacLawPub |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Nota_qasira_dwar_lactio_spolii_u_lactio_manutentionis_2023.pdf | 237.04 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.