Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119124
Title: Mill-Arkivji : Programme 11 : Michael Buhagiar
Authors: D'Anastas, Noel
Buhagiar, Michael
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Buhagiar, Michael, 1983-
Notarial Archives (Valletta, Malta)
Malta -- History -- French occupation, 1798-1800
Notaries -- Malta -- History -- French occupation, 1798-1800
Vitale, Emanuele, 1759-1802
French Blockade, 1798-1800
Xerri, Mikiel, 1737-1799
Issue Date: 2022-12-18
Citation: D'Anastas, N. & Buhagiar, M. (2022, December 18). Mill-Arkivji : Programme 11 : Michael Buhagiar [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-18 ta’ Diċembru 2022 is-Sur Michael Buhagiar jitkellem dwar id-dokumentazzjoni li wieħed isib fl-Arkivju Notarili fil-Belt fiż-żmien l-okkupazzjoni tal-Franċiżi f’Malta bejn l-1798 u l-1800, dokumentazzjoni b’relazzjoni mal-ħajja Maltija fl-atti tan-Nutara attivi fiż-żmien l-Epoca Gallica. Dan l-istudju kien ippubblikah flimkien ma’ Dr Joan Abela tal-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili. Michael Buhagiar ħa jgħid x’jaffaxinah l-aktar fir-riċerka li għamel fl-arkivju fi Triq San Kristoforu fil-Belt. Ħa jgħid kif kienet maqsuma Malta f’dawk is-sentejn, il-kalendarju Repubblikan, il-kliem ‘Liberte’, ‘Egalite’, u ‘Fraternite’, kif ukoll is-‘Citoyen’ fid-dokumenti tal-Epoca Gallica. Għalkemm ħafna mid-dokumentazzjoni baqgħet bit-Taljan, il-Franċiż kien evidenti fil-korrispondenza. X’impatt ħallew il-Franċiżi? Kif kienet il-professjoni notarili fiż-żmien il-Franċiżi? X’impatt kellu l-Arkivju Notarili fl-irvell tat-2 ta’ Settembru 1798? Fis-16 ta’ Lulju 1798 kienet daqqa ta’ ħarta għall-arkivistika u l-istorja. Kienet ħarġet ordni biex il-manuskritti u l-kotba meqjusa bħala karta bla użu kellhom jintużaw għall-iskrataċċ. Tissemma wkoll il-librerija ta’ Mikiel Anton Vassalli li wkoll spiċċat għall-iskrataċċ. Michael issemmi s-sehem tan-Nutar Emmanuele Vitale, attiv bejn l-1785 u l-1800 (Ms.1118). Hu kien inħatar Kmandant Suprem Militari tal-Assemblea Nazzjonali Maltija. Min kien in-Nutar Salvatore Decaro li ħadem ħafna fil-Birgu? Jissemmew diversi nutara oħra fosthom in-Nutar Giuseppe Giusto Brignone, segretarju tal-Muniċipalita ta’ Ħaż-Żebbuġ; in-Nutar Alessandro Patrizio Spiteri li kien appuntat mill-Kummissjoni tal-Gvern; in-Nutara Pietro Buttigieg għal-Ħaż-Żebbuġ u Francesco Saverio Zarb għal Ħ’Attard. X’noti ħallew in-nutara tal-ibliet li ġew assedjati? Min kienu n-Nutara Calcedonio Arpa u M’Angelo Portelli? F’Għawdex kien hemm in-Nutara Leopoldo Battajille u Felice Cutajar. Bla dubju jissemma n-Nutar Giuseppe Bonavita li quddiemu sar it-testment ta’ tnejn li ġew iffuċċilati – Dun Mikiel Xerri u Gulielmo Lorenzi. Min kien Stanislao L’Hoste? Kif kienet l-istorja tal-Kmandant Franċiż Masson li spiċċa mwaddab mill-gallarija tad-dar tan-Nutar Pietro Antonio Bezzina ta’ quddiem il-kunvent tal-Franġiskani Minuri fir-Rabat? Barra d-dokumentazzjoni fl-Arkivju Notarili jissemmew ukoll il-fond tat-Tribunali tal-Epoca Gallica fl-Arkivji Nazzjonali kif ukoll il-manuskritt magħruf bħala l-‘Blocco’ (ACM Misc.136) fl-Arkivju tal-Kattidral fl-Imdina.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119124
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 11 Michael Buhagiar edited 18 DECEMBER 2022.mp3108.65 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.