Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119125
Title: Mill-Arkivji : Programme 12 : Charles Xuereb
Authors: D'Anastas, Noel
Xuereb, Charles
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Xuereb, Charles, 1948-
Malta -- History -- French occupation, 1798-1800
French Blockade, 1798-1800
Maltese -- France -- History -- 19th century
Maltese -- French influences
Malta -- Foreign economic relations -- France
France -- Foreign economic relations -- Malta
Valletta (Malta) -- History
Street names -- Malta -- Valletta -- History
Consolato del Mare
Issue Date: 2022-12-25
Citation: D'Anastas, N. & Xuereb, (2022, December 11). Mill-Arkivji : Programme 10 : Louise Fiott [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-25 ta’ Diċembru 2022 se niltaqgħu ma’ Dr. Charles Xuereb, veteran fil-qasam tax-xandir lokali, skular u edukatur fl-istudji tal-Identità Maltija b’enfasi fuq il-perjodu Franċiż u l-memorja kollettiva. Charles Xuereb għandu dottorat mill-Università ta’ Malta kif ukoll riċentament ġie dekorat mill-Académie française ta’ Pariġi għall-kontribut li ta fit-tixrid tal-kultura Franċiża f’Malta tul il-karriera tiegħu. It-teżi tiegħu tad-dottorat issarfet fil-pubblikazzjoni bl-isem ta’ ‘France in the Maltese Collective Memory: Perceptions, Perspectives, Identities after Bonaparte in British Malta’ (Malta University Press). Riċentament nieda l-pubblikazzjoni ‘Decolonising the Maltese Mind: In search of Identity’ (Midsea Books). Charles se jkellimna dwar is-sehem tal-Franċiżi f’Malta, l-istorja tat-tmiem l-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta bil-ħafna kavallieri Franċiżi, il-bosta Maltin li telqu lejn Franza wara l-okkupazzjoni tal-Franċiżi f’Malta bejn l-1798 u l-1800 fosthom Nicolo Isouard, kif ukoll l-esportazjoni tal-larinġa Maltija lejn Franza mit-Tuneżija. Kif kien il-kummerċ bejn Malta u Franza? X’dokumentazzjoni nsibu f’dan il-qasam? X’inhu l-Consolato del Mare? Huwa jagħtina wkoll tagħtif interessanti dwar il-memorja kollettiva b’relazzjoni ma’ Franza u l-Franċiżi f’Malta. X’kienu jisimhom uħud mit-toroq fil-Belt fiż-żmien Vaubois u sħabu? Fejn kienet Place de l’Egalité? Dr. Xuereb jagħti ħarsa dwar ir-riċerka li għamel l-Arkivji Nazzjonali b’ħarsa lejn il-volumi tal-Epoca Gallica; ir-riċerka li għamel fid-dokumenti tal-Ordni u dawk imsejħa Mixxelanja fil-Bibljoteka Nazzjonali, kif ukoll f’arkivji f’Pariġi b’rabta ma’ Malta. X’sab interessanti marbut mal-grajjiet ta’ Mikiel Anton Vassalli? Bla dubju, f’din l-intervista Dr. Xuereb jargumenta dwar il-George Cross fuq il-bandiera Maltija, il-bosta monumenti li l-Imperu Brittaniku għamel f’Malta, u l-monument tar-Reġina Vittorja fi Pjazza Repubblika, jew kif ħafna jafuha Pjazza Reġina.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119125
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 12 Dr. Charles Xuereb edited 25 DECEMBER 2022.mp3117.01 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.