Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119149
Title: Mill-Arkivji : Programme 15 : Carmel Cassar
Authors: D'Anastas, Noel
Cassar, Carmel
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Cassar, Carmel, 1959-
Mdina Metropolitan Archives (Mdina, Malta)
National Museum of Ethnography (Vittoriosa, Malta)
Inquisitor’s Palace (Vittoriosa, Malta)
Malta -- History -- Inquisition, 1561-1798
Inquisition -- Malta -- Sources
Issue Date: 2023-01-15
Citation: D'Anastas, N. & Cassar, C. (2023, January 15). Mill-Arkivji : Programme 15 : Carmel Cassar [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-15 ta’ Jannar 2023, il-Prof Carmel Cassar li se joħodna lura fis-snin sew bħala student tal-istorja u l-antropoloġija, kif ukoll bħala riċerkatur f’bosta arkivji f’Malta, il-Vatikan u f’Valladolid fi Spanja. Carmel Cassar huwa Professur tal-Istorja Kulturali, Direttur tal-Istitut tal-Istudji Maltin fl-Università ta’ Malta, u Chairman tal-Platform for Mediterranean Foodways fl-Istitut tal-Mediterran. Id-dottorat kisbu fl-1994 mill-Università ta’ Cambridge taħt is-superviżjoni tal-Professur Peter Burke fl-1994. Cassar għamel ftit snin jirrikostitwixxi sezzjonijiet kbar tal-arkivji tal-Katidral partikolarment dawk li jappartjenu għall-Inkwiżizzjoni Rumana. Iktar tard kien responsabbli għall-iżvilupp ta’ Taqsima tal-Etnografija, u b’mod partikolari r-rijabilitazzjoni tal-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu fi ħdan id-Dipartiment tal-Mużewijiet ta’ Malta ta’ dak iż-żmien. Il-Prof Carmel Cassar ippubblika diversi pubblikazzjonijiet u papers akkademiċi. Cassar jitkellem dwar il-memorji sbieħ tiegħu fl-Arkivju tal-Kattidral meta kien ħadem fuq id-dokumenti tal-Inkwiżizzjoni li imbagħad ħajruh ikompli jistudja dan il-fond fejn ukoll ippubblika xi kotba b’referenzi għall-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni. Huwa jsemmi ż-żmien meta bħala lettur fl-Università ta’ Malta kien qed jistimula bosta studenti jirriċerkaw dan il-fond b’mod partikolari għat-teżi tagħhom. X’jittratta dan l-arkivju? Il-maġija, il-kotba projbiti, bigamija u l-ikel kif inhuma dokumentati? Xi stejjer insibu? X’differenza kien hemm bejn l-Iskwiżizzjoni Rumana u dik Spanjola? Bla dubju d-dokumentazzjoni fl-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni ħajruh ikompli jistudja fuq l-ikel. X’kienu jieklu l-Maltin fis-seklu 17? Cassar irriċerka ukoll fuq ir-relazzjoni tal-Lhud Kristjani u Musulmani f’Malta, kif ukoll fuq is-Soċjetà tal-Ġiżwitit f’Malta bejn is-seklu 16 u 18. Prof Carmel Cassar semma kif saret ir-riċerka f’dik li kienet l-ewwel paper tiegħu lura fil-bidu tas-snin 80. ‘O Melita Infelix’, poeżija bil-Latin miktuba fiż-żmien l-Assedju l-Kbir. Ħa jgħidilna kif b’kumbinazzjoni fl-aħħar folja f’wieħed mill-volumi tal-qorti tal-Gran Mastru fl-Arkivji Nazzjonali, il-Magna Curia Castellania, sab minquxa dik il-poeżija. Cassar irriċerka ukoll fuq ir-relazzjoni tal-Lhud Kristjani u Musulmani f’Malta, kif ukoll fuq is-Soċjetà tal-Ġiżwitit f’Malta bejn is-seklu 16 u 18. Ħa nisimgħu kif ukoll ġie influwenzat mill-Prof Godfrey Wettinger.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119149
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 15 Prof Carmel Cassar edited 15 JANUARY 2023.mp3116.49 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.