Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119296
Title: Mill-Arkivji : Programme 19 : Vanessa Buhagiar
Authors: D'Anastas, Noel
Buhagiar, Vanessa
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Buhagiar, Vanessa
Paleographers -- Malta
Notarial Archives (Valletta, Malta)
National Archives of Malta (Rabat, Malta). National Memory Project
Knights of Malta. Langue of Germany -- History -- Sources
Order of St John. Langue of Germany -- History -- Sources
De Piro, Giovanni Pio, 1673-1752
Rape -- Malta -- History -- Sources
Issue Date: 2023-02-12
Citation: D'Anastas, N. & Buhagiar, V. (2023, February 12). Mill-Arkivji : Programme 19 : Vanessa Buhagiar [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Il-mistiedna fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-12 ta’ Frar 2023 hi l-paleografa u riċerkatriċi Vanessa Buhagiar li wkoll qed tagħti sehem kbir fil-volontarjat f’qasam arkivistiku. Ilha kważi sentejn taħdem bħala paleografa fl-Arkivju tar-Reġistri Notarili, fil-preżent qeda fl-Arkivji Nazzjonali sakemm jitlesta r-restawr tal-Arkivju Notarili. Hija l-Amministratur tal-Fondazzjoni tal-Arkivju Notarili li ilha għal dawn l-aħħar ħames snin. Għandha baċellerat fl-Arti mid-Dipartiment tal-Istorja mill-Università ta’ Malta u Maġisteru mill-istess Università fl-Istudji tal-Mediterran. Ftit tax-xhur ilu kisbet ukoll maġisteru mill-King’s College ta’ Londra fl-Istorja Moderna Bikrija. Vanessa Buhagiar se tkellimna dwar ir-riċerka u s-sejbiet li għamlet sew fl-Arkivju Notarili kif ukoll fl-Arkivji Nazzjonali. Mill-Bibljoteka Nazzjonali kellha l-opportunità li tirriċerka fl-Arkivju tal-Ordni fuq il-Kavallieri Ġermaniżi propja għall-ewwel teżi tagħha. Kemm kien hawn Kavallieri tal-ilsien Ġermaniż? X'livell ta' kultura kellhom u kif kienu jgħixu l-ħajja ta' kuljum? Għala għażlet dan is-suġġett? Buhagiar titkellem ukoll fuq ir-riċerka li għamlet għat-teżi tal-maġisteru tagħha. It-titlu kien ‘Trade and connectivity in the Mediterranean : the Marquis Gio’ Pio de Piro and his activities, c.1730-c.1750 : a study of his correspondence’. Iżda min kien eżatt Gio’ Pio de Piro? X'relazzjoni kellu fil-kummerċ fil-Mediterran? X'dokumenti jeżistu dwar dan? Riċenti f’ħidma li qed tagħmel fl-Arkivji Nazzjonali tiskopri diversi każijiet ta’ stupru li seħħew fil-bidu tas-seklu 18 - 300 sena ilu. Il-faxxikli li jiddokumentaw dak li kien qed iseħħ fl-Awla Kriminali tal-Magna Curia Castellania jew fl-Appell. Tirrakonta l-istorja ta’ ċertu Giovanni Maria Zammit, suldat fit-torri ta’ Kemmuna li kien akkużat li stupra lil Rosalea Habela wara wkoll li kien seraq lil missiera Giovanni Battista u bid-dagħjsa tiegħu ħa lil bintu lejn Sqallija. L-istorja toħodna lura f’Ottubru tal-1701, Kif kienet l-istorja? X’wassal għal dan l-istupru? Kien instab ħati? Vanessa titkellem ukoll fuq l-istorja ta’ Gratia Gambin, orfni mir-Rabat. Ċertu Clemente Vella, ħaddiem tar-raba’ stupra għal darba, tnejn u aktar lil Gratia wara li kien wegħda li ħa jiżżewiġha, Żammha l-wegħda? Għala Clemente ma weħel xejn? Il-mistiedna titkellem ukoll fuq ir-riċerka li għamlet fuq il-paleografija tal-Kantilena ta’ Pietru Caxaru f’dak li ħażżeż neputieh, Brandano.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119296
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 19 Vanessa Buhagiar edited 12 FEBRUARY 2023.mp395.08 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.