Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119412
Title: Mill-Arkivji : Programme 23 : William Zammit
Authors: D'Anastas, Noel
Zammit, William
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Zammit, William, 1962-
Mdina Metropolitan Archives (Mdina, Malta)
Inquisition -- Malta -- Sources
Inquisitor’s Palace (Vittoriosa, Malta)
Printing -- Malta -- History
Prohibited books -- Malta -- History
Issue Date: 2023-03-12
Citation: D'Anastas, N. & Schirò, J. (2023, March 12). Mill-Arkivji : Programme 23 : William Zammit [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Il-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-12 ta’ Marzu 2023 huwa l-Prof William Zammit. Il-preżentatur sar jaf lil Zammit fl-1987 waqt ir-riċerka li kien qed jagħmel fl-Arkivju tal-Kattidral fl-Imdina. Dak iż-żmien kien għadu kemm gradwa bħala għalliem u kien qed jirriċerka għad-diploma ta’ librar b’teżi interessanti ħafna fuq l-istorja tal-istampar f’Malta. Kiseb il-Maġisteru fl-1995, u fl-2001 id-Dottorat mill-Università ta’ Malta. Kellu karriera twila ta’ għalliem u librar. Għal diversi snin lettur fil-Junior College u l-Università. Riċenti ġie mogħti t-titlu ta’ Professur. Għal xi żmien kien Kap tad-Dipartiment tal-Istudji tal-Informazzjoni, Libreriji u Arkivji fl-Università ta’ Malta. Għal xi żmien kien ukoll il-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Arkivji. L-interessi tiegħu huma l-Bibljografija Maltija, l-istorja tal-istampar f’Malta, l-istudju tal-Melitensja, u l-kartografija Maltija. Wieħed mill-pubblikazzjonijiet l-aktar bikrija tiegħu huwa ‘Printing in Malta 1642-1839: its cultural role from inception to the granting of Freedom of the Press’, X’wasslu biex irriċerka l-istorja tal-istampar f’Malta u x’jinteressah l-aktar fl-istampa? Il-Professur Zammit ħa jġib ħafna memorji tar-riċerka tiegħu fl-Arkivju tal-Kattidral propju fl-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni li dwar dan kiteb ħafna. X’sab hemm? X’kienu l-kotba projbiti? Ħa jfisser x’kienet il-Calendimaggio u fejn kienet issir. Ma jonqos li jitkellem dwar l-involviment tal-Maltin fil-Karnival u l-kukkanja fil-Belt. X’kien sar eżatt biex mietu dawk il-Maltin? Min kien Vittorio Gristi? X’kiteb interessanti dwar il-Nawfraġju ta’ San Pawl? X’riċerka għamel il-Prof Zammit fil-Bibljoteka Nazzjonali fil-Belt? X’impenn kellu fil-bibljografija u l-metadata għall-proġett tal-microfilming mill-HMML ta’ Minnesota? Il-Prof Zammit għamel riċerka intensiva fl-Arkivji tal-Vatikan. X’sab interessanti marbut mal-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu? Ħa jitkellem dwar diversi pubblikazzjonijiet ta’ papers kif ukoll fuq ‘Kissing the Gallows’ u dak l-aktar riċenti ‘Slavery, Treason And Blood’ - ir-rivolta tal-iskjavi fl-1749 u t-tortura kiefra li ħadu.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119412
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 23 Prof William Zammit edited 12 MARCH 2023.mp3102.07 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.