Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119414
Title: Mill-Arkivji : Programme 24 : Joseph Scerri
Authors: D'Anastas, Noel
Scerri, Joseph
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Scerri, Joseph G., 1966-
Collegiate Basilica of St. Paul (Rabat, Malta) -- Archives
Rabat (Malta) -- History
Confraternities -- Malta -- Rabat -- History
Church records and registers -- Malta -- Rabat
Navarra, Cosmana, 1600-1687
Sculptors -- Malta -- Biography
Agius, Anton, 1933-2008
Issue Date: 2023-03-26
Citation: D'Anastas, N. & Scerri, J. (2023, March 26). Mill-Arkivji : Programme 24 : Joseph Scerri [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Il-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tas-26 ta’ Marzu 2023 huwa s-Sur Joseph Scerri, wieħed mit-tim maniġerjali tal-Arkivji Nazzjonali. Is-Sur Scerri għandu karriera twila fiċ-Ċivil u fost il-diversi ħatriet li kellu huwa kien Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta. Joseph Scerri għandu interess kbir fuq ir-Rabat. Wara l-mewt ta’ Monsinjur Ġwann Azzopardi fi Frar tal-2021, Joseph Scerri laħaq l-arkivista tal-Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta' San Pawl fir-Rabat. Fil-fatt, it-teżi tal-Maġisteru tiegħu fil-Wirt Dokumentarju u l-Istudji tal-Melitensia hija propju fuq l-Arkivju tal-Bażilka ta’ San Pawl fir-Rabat. Għandu l-akbar kollezzjoni ta’ ritratti fuq ir-Rabat u r-Rabtin. Fuq ir-Rabat u l-Kolleġġjata Bażilika kiteb diversi artikli riċerkati. Joseph Scerri jġib il-memorji ta’ tfulitu fil-knisja parrokkjali fir-Rabat, il-festa u l-banda. X’impatt ħalla missieru? Kif beda jħobb l-istorja? Min kien is-Sur Alfred Cassar Mallia? Ħa jagħri deskrizzjoni dettaljata dwar it-taqsimiet li jħaddan l-Arkivju Storiku tal-Parroċċa, id-dokumentazzjoni tal-Fratellanzi - tas-Santissimu Sagrament, il-Fratellanza ta’San Pawl li hija unika f’Malta, dik tal-Qalb ta’ Ġesu, San Mikiel, tal-Kunċizzjoni, u tas-Sodalità tad-Duluri. X’inhuma l-faxxikli msejħa tal-Veneranda Lampada, il-Conti u l-Fabrica? X’kienet is-Sodalita tal-Erwieħ? Kif inhi l-istorja interessanti ta’ ‘Dar Ħanżira’ fir-Rabat? Bla dubju, id-diskors jaqa’ fuq id-dokumenti tal-iStatus Animarum. X’inhuma dawn? Interessanti li dawk tar-Rabat huma vasti fis-snin. L-Arċipriet kien jinkludi mhux biss l-etajiet tal-membri tal-familja, iżda wkoll il-laqam, il-professjoni tal-missier u saħansitra anke l-isem tal-iskola fejn jattendu l-ulied. Ta’ valur kbir li hemm fl-Arkivju hija l-ġabra ta’ priedki bil-Malti tas-seklu 19. Min kienet n-Nobbli Cosmanna Navarra? X’sehem kellha fil-bini tal-Kolleġġjata? Scerri jitkellem ukoll fuq is-sehem tan-Nutar Catania li dan ħalla bħala eredi universali lill-Parroċċa. Pawla, Gużmanna, Carmela, Ġużeppa u Vittoria huma l-ismijiet tal-qniepen tal-Bażilika. Isimhom jinsab imniżżel fir-Reġistru tal-Magħmudija. Għala? Is-Sur Joseph Scerri huwa skultur magħruf. Bħala artist tħarreġ mal-artisti Anton Agius, Anthony Calleja u Joseph Casha fil-Malta School of Art. Għamel aktar minn 30 sena jaħdem primarjament fil-bronż u kien responsabbli għal diversi monumenti fosthom dawk ta’ Anton Agius, Kilin u Joseph Howard. Lejn tmiem din l-intervista. is-Sur Scerri ħa jġib il-memorji tal-ħbiberija li kellu ma’ Anton Agius kif ukoll dwar id-diversi aspetti ta’ riċerka fil-proċess tal-ħidma artistika. ‘Clay Impressions’ kienet wirja ta’ mudelli ta’ figuri kontemplattivi u gruppi ta’ figuri tal-ġeneru tal-artist Joseph Scerri li saret fil-Banca Giuratale fir-Rabat Għawdex bejn Marzu u April 2023.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119414
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 24 Joseph Scerri edited 26 MARCH 2023.mp399.37 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.