Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119450
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.contributor.authorFarrugia, George-
dc.date.accessioned2024-03-06T16:53:48Z-
dc.date.available2024-03-06T16:53:48Z-
dc.date.issued2020-
dc.identifier.citationFarrugia, G. (2020). Daħla. In G. Farrugia (Ed.), Is-sessiżmu fil-lingwa Maltija (pp. v-viii). Malta: Klabb Kotba Maltinen_GB
dc.identifier.isbn9789993277736-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119450-
dc.description.abstractWaħda mill-bosta funzjonijiet tal-lingwa hija l-funzjoni soċjopsikoloġika tagħha. Il-lingwa tirrifletti u tinfluwenza l-attitudnijiet, l-imġiba u l-perċezzjonijiet tagħna iżda, fuq kollox, tirrifletti ġerarkiji u mekkaniżmi ta' kif nidentifikaw ruħna u tikkontribwixxi għall-komunikazzjoni tal-ġeneru. Minħabba raġunijiet storiċi u soċjali, fost oħrajn, bosta lingwi tqiesu li jirriflettu ujikkodifikaw viżjoni androċentrika tad-dinja. Fi kliem ieħor, tqiesu u għadhom jitqiesu sessisti. B'mod ġenerali s-sessiżmu fil-lingwajista' jitqies bħala l-użu ta' kliem u espressjonijiet li jiddiskriminaw kontra xi sess partikolari, l-aktar in-nisa, u li jinkoraġġixxu xbihat sterjotipati tal-irġiel u tan-nisa. U ladarba l-lingwa, bħala fenomenu soċjali, hija marbuta mal-attitudnijiet soċjali, is-sessiżmu fil-lingwa jista' jitqies bħala kawża ta' din l-imġiba sessista fis-soċjetà li qieset il-mara bħala s-sess id-dgħajjef meta mqabbla mar-raġel. Għal sekli sħaħ, il-mara kellha tgħix fid-dell tar-raġel, imċaħħda mill-aktar drittijiet fundamentali u tqieset bħala oġġett, bħala dik li mhix kapaċi taħseb, mhix kapaċi tieħu deċiżjoni weħidha, li hi tajba biss biex tieħu ħsieb id-dar, bla ma tista' lanqas biss toħlom li jkollha l-ambizzjonijiet tagħha biex xi darba ttejjeb l-istatus tagħha. Bil-maqlub ta' dan, ir-raġel kien jitqies bħala s-sess dominanti superjuri għall-mara, ir-ras tal-familja u l-fus tas-soċjetà, u għalhekk kien jokkupa l-aktar pożizzjonijiet għolja. Mela, fi kliem ieħor, lingwa sessista hija dik il-lingwa li tesprimi inklinazzjonijiet u preġudizzji favur xi sess partikolari, x' aktarx ir-raġel, u tikkonsidra lis-sess l-ieħor inferjuri.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherKlabb Kotba Maltinen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/closedAccessen_GB
dc.subjectSexism in languageen_GB
dc.subjectMaltese language -- Genderen_GB
dc.subjectMaltese language -- Sex differencesen_GB
dc.titleDaħla [Is-sessiżmu fil-lingwa Maltija]en_GB
dc.title.alternativeIs-sessiżmu fil-lingwa Maltijaen_GB
dc.typebookParten_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holderen_GB
dc.description.reviewedpeer-revieweden_GB
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Daħla_1.pdf
  Restricted Access
101.53 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.